Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Introduzzjoni għal sezzjoni 11

Introduzzjoni għal sezzjoni 11

Din is-​sezzjoni se tgħallimna lezzjonijiet mill-​Iskrittura Griega Kristjana. Ħa naraw li Ġesù twieled ġo familja li kienet tgħix f’raħal żgħir, familja li kienet umli u leali lejn Ġeħova. Hu kien jaħdem maʼ missieru li kien mastrudaxxa. Ukoll, Ġesù kien il-​wieħed li se jsalva lill-​bnedmin għax Ġeħova kien għażel lilu biex ikun is-​Sultan tas-​Saltna tas-​sema. Jekk int ġenitur, għin lil bintek jew lil ibnek japprezza kemm Ġeħova qagħad attent meta għażel il-​familja u l-​ambjent li fihom kien se jikber Ġesù. Għinhom jifhmu kif Ġeħova pproteġa lil Ġesù milli jiġi maqtul minn Erodi, u kif xejn ma jistaʼ jwaqqaf l-​iskop taʼ Ġeħova. Għallimhom kif Ġeħova għażel lil Ġwanni biex jipprepara t-​triq għal Ġesù. Għinhom jifhmu kif anki minn età żgħira, Ġesù kien iħobb jitgħallem u jitkellem dwar il-​gwida u l-​pariri taʼ Ġeħova.

F'DIN IT-TAQSIMA

LEZZJONI 68

Eliżabetta jkollha tarbija

Ir-raġel taʼ Eliżabetta, għala ntqallu li mhux se jkun jistaʼ jitkellem sa wara li titwieled it-tarbija?

LEZZJONI 69

L-anġlu Gabrijel iżur lil Marija

Hu taha aħbar li bidlitilha ħajjitha.

LEZZJONI 70

Anġli jwasslu l-aħbar li twieled Ġesù

Ir-ragħajja li semgħu l-aħbar mill-ewwel aġixxew.

LEZZJONI 71

Ġeħova pproteġa lil Ġesù

Sultan kattiv ried joqtol lil Ġesù.

LEZZJONI 72

Meta Ġesù kellu tnax-il sena

L-għalliema fit-tempju għala stagħġbu b’Ġesù?

LEZZJONI 73

Ġwanni jipprietka li ġej il-Messija

Ġwanni jikber u jsir profeta. Hu jgħallem li ġej il-Messija. In-nies kif jirreaġixxu għal dak li jgħidilhom?