Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Introduzzjoni għal sezzjoni 10

Introduzzjoni għal sezzjoni 10

Ġeħova hu Sultan fuq kulħadd. Hu minn dejjem kellu l-​kontroll fuq kollox, u hekk se jibqaʼ jagħmel. Pereżempju, hu ħeles lil Ġeremija minn bir fejn fih kien se jmut. Hu salva lil Sidrak, Mesak, u Għabednego minn forn tan-​nar u lil Danjel minn ħalq l-​iljuni. Ġeħova pproteġa lil Ester biex b’hekk hi tkun tistaʼ ssalva lill-​poplu kollu tagħha. Hu mhux se jħalli l-​ħażen jibqaʼ sejjer għal dejjem. Il-​profeziji dwar ix-​xbieha l-​kbira u s-​siġra enormi jagħtu garanzija li s-​Saltna taʼ Ġeħova dalwaqt se tneħħi l-​ħażen kollu u tmexxi l-​art.

F'DIN IT-TAQSIMA

LEZZJONI 57

Ġeħova jibgħat lil Ġeremija jipprietka

Dak li qal Ġeremija ġiegħel lill-irġiel taʼ Ġuda li kellhom l-awtorità jirrabjaw ħafna.

LEZZJONI 58

Ġerusalemm tiġi meqruda

In-nies taʼ Ġuda jibqgħu jqimu allat foloz, u għalhekk Ġeħova jitlaqhom.

LEZZJONI 59

Erbaʼ subien li obdew lil Ġeħova

Subien minn Ġuda huma lesti li, jiġri x’jiġri, jibqgħu leali lejn Ġeħova, anki waqt li huma fil-palazz irjali f’Babilonja.

LEZZJONI 60

Saltna li se tibqaʼ għal dejjem

Danjel jispjega xi tfisser il-ħolma stramba taʼ Nebukadnessar.

LEZZJONI 61

Huma ma ridux imilu

Sidrak, Mesak, u Għabednego ma jridux iqimu l-istatwa tad-deheb li għamel is-sultan taʼ Babilonja.

LEZZJONI 62

Ħolma dwar siġra kbira

Il-ħolma taʼ Nebukadnessar hi dwar il-futur tiegħu stess.

LEZZJONI 63

Il-kliem miktub fuq il-ħajt

Dan il-kliem li ma jistgħux jifhmu, meta jidher fuq il-ħajt, u xi jfisser?

LEZZJONI 64

Danjel fil-ħofra tal-iljuni

Itlob lil Ġeħova kuljum, bħalma għamel Danjel!

LEZZJONI 65

Ester issalva lill-poplu tagħha

Avolja hi kienet barranija, minn orfni saret sultana.

LEZZJONI 66

Esdra għallem il-Liġi t’Alla

Wara li l-Iżraelin semgħu lil Esdra, huma għamlu wegħda speċjali lil Alla.

LEZZJONI 67

Is-swar taʼ Ġerusalemm

Neħemija sar jaf li l-għedewwa ppjanaw li jattakkaw. Għala ma beżax?