Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Tixxennaq int biex tara l-wegħdi tas-Saltna jitwettqu?

 IS-7 SEZZJONI

Il-wegħdi tas-Saltna—Jintgħamel kollox ġdid

Il-wegħdi tas-Saltna—Jintgħamel kollox ġdid

 INT taqtaʼ tuffieħa kbira u sabiħa minn fergħa. Ixxomm ir-​riħa ħelwa tagħha qabel ma titfagħha fil-​barmil mal-​oħrajn. Ilek taħdem għal sigħat sħaħ, imma ma tħossokx għajjiena, anzi lesta biex tkompli taħdem. Ommok qiegħda ħdejn siġra fil-​viċin, taħdem ferħana u tpaċpaċ maʼ membri oħra tal-​familja u maʼ ħbieb li qed jgħinu fix-​xogħol. Tidher għadha żgħira—kif tiftakarha meta kont għadek daqsxejn taʼ tifla, ħafna snin ilu. Bilkemm tistaʼ temmen li rajtha tixjieħ fid-​dinja li issa ilha li għaddiet. Rajt saħħitha sejra lura, żammejtilha idha hekk kif ħadet l-​aħħar nifs taʼ ħajjitha, u bkejt ħdejn il-​qabar tagħha. Imma, issa qiegħda hawn, flimkien maʼ ħafna oħrajn, qawwija u sħiħa!

Dan iż-​żmien se jasal; nafu dan fiċ-​ċert! Nafu fiċ-​ċert għax il-​wegħdi t’Alla dejjem jitwettqu. F’din is-​sezzjoni se nikkunsidraw kif xi wegħdi tas-​Saltna se jitwettqu fil-​futur qarib u jwasslu għall-​gwerra t’Armageddon. Se nirrivedu wkoll ftit mill-​wegħdi tas-​Saltna eċċitanti li se jitwettqu wara. Kemm ħa nitgħaxxqu naraw iż-​żmien meta s-​Saltna t’Alla taħkem fuq din l-​art kollha u tagħmel kollox ġdid!

F'DIN IT-TAQSIMA

KAPITLU 21

Is-Saltna t’Alla teqred l-għedewwa tagħha

Int tistaʼ tħejji lilek innifsek minn issa għall-battalja t’Armageddon.

KAPITLU 22

Is-Saltna twettaq ir-rieda t’Alla fuq l-art

Kif tistaʼ tkun ċert li l-wegħdi t’Alla se jitwettqu?