Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Xellug: Oħt f’Alabama, l-Istati Uniti tal-Amerika, qed iddoqq taħdita rekordjata minn Ħuna Rutherford, fl-aħħar tas-snin 30; lemin: L-Iżvizzera

 L-1 SEZZJONI

Il-verità dwar is-Saltna—Jitqassam l-ikel spiritwali

Il-verità dwar is-Saltna—Jitqassam l-ikel spiritwali

 TARA għajnejn l-​istudent tal-​Bibbja tiegħek jixegħlu hekk kif jifhem it-​tifsira tal-​iskrittura li għadkom kemm qrajtu flimkien. Hu jgħid: “Jiġifieri l-​Bibbja tgħallem li nistgħu ngħixu għal dejjem f’ġenna—hawnhekk stess fuq l-​art?” Il-​ħu li ġie miegħek fuq l-​istudju jitbissem u jgħid, “Ħeqq, x’rajt fil-​Bibbja?” L-​istudent bilkemm jistaʼ jemmen, ixengel rasu bi stagħġib, u jgħid, “Ma nistax nemmen li ħadd qatt m’għallimni dan qabel!” Imbagħad tiftakar li qal xi ħaġa simili ftit ġimgħat ilu meta sar jaf għall-​ewwel darba li Alla jismu Ġeħova!

Ġieli kellek esperjenza bħal din? Ħafna min-​nies t’Alla kellhom. Esperjenzi bħal din ifakkruna kemm ingħatajna għotja prezzjuża—l-​għarfien dwar il-​verità! Ieqaf u aħseb ftit: Int kif ksibt din l-​għotja? F’din is-​sezzjoni se neżaminaw dik il-​mistoqsija. Il-​mod kif in-​nies t’Alla bil-​mod il-​mod saru jafu l-​verità hi prova ċara daqs il-​kristall li s-​Saltna t’Alla hi reali. Għal seklu sħiħ, is-​Sultan, Ġesù Kristu, għamel ċert li n-​nies t’Alla ġew mgħallmin il-​verità.

F'DIN IT-TAQSIMA

KAPITLU 3

Ġeħova jikxef l-iskop tiegħu

Is-Saltna kienet parti mill-iskop oriġinali t’Alla? Ġesù kif ta iktar dettalji dwar is-Saltna?

KAPITLU 4

Isem Ġeħova jiġi mfaħħar

Is-Saltna x’wettqet rigward l-isem t’Alla? Int personalment kif tieħu sehem f’li tqaddes lil isem Ġeħova?

KAPITLU 5

Is-Sultan jagħti iktar dettalji dwar is-Saltna

Ikseb fehma iktar ċara dwar is-Saltna t’Alla, il-ħakkiema u s-sudditi tagħha, u x’tinvolvi l-lealtà.