Is-Saltna t’Alla qed taħkem!

Miljuni ta’ nies kisbu ħajja hienja u sigura taħt il-gvern perfett t’Alla. Tixtieq tkun ċittadin tiegħu?

Ittra mingħand il-Ġemgħa li Tiggverna

L-avviż eċċitanti li C. T. Russell għamel fit-2 t’Ottubru 1914, kif twettaq?

KAPITLU 1

“Ħa tiġi saltnatek”

Ġesù għallem iktar dwar is-Saltna t’Alla minn kwalunkwe suġġett ieħor. Meta se tiġi u x’se tagħmel la tiġi?

KAPITLU 2

Is-Saltna titwieled fis-sema

Min għen biex iħejji lin-nies taʼ Kristu fuq l-art għas-Saltna? Liema aspetti juru li s-Saltna hi gvern reali?

KAPITLU 3

Ġeħova jikxef l-iskop tiegħu

Is-Saltna kienet parti mill-iskop oriġinali t’Alla? Ġesù kif ta iktar dettalji dwar is-Saltna?

KAPITLU 4

Isem Ġeħova jiġi mfaħħar

Is-Saltna x’wettqet rigward l-isem t’Alla? Int personalment kif tieħu sehem f’li tqaddes lil isem Ġeħova?

KAPITLU 5

Is-Sultan jagħti iktar dettalji dwar is-Saltna

Ikseb fehma iktar ċara dwar is-Saltna t’Alla, il-ħakkiema u s-sudditi tagħha, u x’tinvolvi l-lealtà.

KAPITLU 6

Nies li jippritkaw—Predikaturi li joffru lilhom infushom minn rajhom

Ġesù għala kellu fiduċja li kien se jkollu armata li minn rajha tipprietka fl-aħħar jiem? Kif tistaʼ turi li qed tfittex l-ewwel is-Saltna?

KAPITLU 7

Metodi taʼ ppritkar—Jintuża kull mezz biex jintlaħqu n-nies

Tgħallem dwar metodi kreattivi li użaw in-nies t’Alla biex jilħqu lil kemm jistaʼ jkun nies bl-aħbar tajba qabel ma jiġi t-tmiem.

KAPITLU 8

Għodod għall-ippritkar—Il-produzzjoni taʼ letteratura għan-nies tad-dinja kollha

Ix-xogħol tat-traduzzjoni kif juri b’mod ċar li għandna l-appoġġ taʼ Ġesù? Liema fatti dwar il-pubblikazzjonijiet tagħna jagħtuk prova li s-Saltna hi reali?

KAPITLU 9

Riżultati tal-ippritkar—‘L-għelieqi huma bojod għall-ħsad’

Ġesù għallem lid-dixxipli tiegħu żewġ lezzjonijiet importanti dwar il-ħsad spiritwali kbir. Dawn il-lezzjonijiet kif jeffettwawna llum?

KAPITLU 10

Is-Sultan jirfina lil niesu f’sens spiritwali

Il-Milied u s-salib x’għandhom komuni?

KAPITLU 11

Irfinar morali—Jirrifletti l-qdusija t’Alla

Il-kmamar tal-għassa u l-bibien tal-viżjoni tat-tempju t’Eżekjel kellhom tifsira speċjali għan-nies t’Alla sa mill-1914.

KAPITLU 12

Organizzati biex naqdu lill-“Alla tal-paċi”

Il-Bibbja ma tagħmilx kuntrast bejn id-diżordni u l-ordni, imma bejn id-diżordni u l-paċi. Għala? U t-tweġiba kif teffettwa lill-Kristjani llum?

KAPITLU 13

Predikaturi tas-Saltna jiftħu kawża l-qorti

Imħallfin f’xi qrati superjuri taʼ żmienna għandhom l-istess ħarsa li kellu l-għalliem tal-liġi tal-qedem Gamaljel.

KAPITLU 14

Nappoġġaw b’lealtà l-gvern t’Alla biss

Ix-“xmara” taʼ persekuzzjoni li ġarrbu x-Xhieda taʼ Ġeħova minħabba n-newtralità politika tagħhom inbelgħet minn sors mhux mistenni.

KAPITLU 15

Niġġieldu għal-libertà tal-qima

In-nies t’Alla ġġieldu għad-dritt li jobdu l-liġi tas-Saltna t’Alla.

KAPITLU 16

Niltaqgħu flimkien għall-qima

Kif nistgħu niksbu l-akbar benefiċċju mil-laqgħat li fihom inqimu lil Ġeħova?

KAPITLU 17

Jitħarrġu l-predikaturi tas-Saltna

Skejjel teokratiċi kif ħejjew il-predikaturi tas-Saltna biex iwettqu l-inkarigi tagħhom?

KAPITLU 18

Kif inhuma finanzjati l-attivitajiet tas-Saltna

Il-flus minn fejn jiġu? Kif jintużaw?

KAPITLU 19

Xogħol taʼ bini li jonora lil Ġeħova

Postijiet taʼ qima jonoraw lil Alla, imma hu jqis xi ħaġ’oħra bħala taʼ iktar valur.

KAPITLU 20

Il-qima lil Ġeħova tinkludi li ngħinu lil oħrajn

Kif nafu li l-għoti t’għajnuna hu parti mis-servizz sagru tagħna lil Ġeħova?

KAPITLU 21

Is-Saltna t’Alla teqred l-għedewwa tagħha

Int tistaʼ tħejji lilek innifsek minn issa għall-battalja t’Armageddon.

KAPITLU 22

Is-Saltna twettaq ir-rieda t’Alla fuq l-art

Kif tistaʼ tkun ċert li l-wegħdi t’Alla se jitwettqu?