Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 STUDJU 6

Spjega ċar għala qed tuża skrittura

Spjega ċar għala qed tuża skrittura

Atti 17:2, 3

X’GĦANDEK TAGĦMEL: Taqrax skrittura u mbagħad tmur għall-​punt li jmiss. Kun ċert li s-​semmiegħa tiegħek jaraw ċar kif l-​iskrittura li qrajt għandha x’taqsam mal-​punt li qed tagħmel.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Enfasizza kliem prinċipali. Wara li taqra skrittura, enfasizza l-​kliem li għandu x’jaqsam direttament mal-​ punt prinċipali tiegħek. Tistaʼ tagħmel dan billi tirrepeti dan il-​kliem jew billi tistaqsi mistoqsija li tistieden lis-​ semmiegħa tiegħek jidentifikaw il-​kliem prinċipali.

  • Enfasizza l-​punt. Jekk introduċejt l-​iskrittura b’raġuni ċara biex taqraha, spjega kif il-​kliem prinċipali tal-​iskrittura jappoġġja din ir-​raġuni.

  • Agħti spjegazzjoni ċara. Evita li ssemmi dettalji li ma jappoġġjawx il-​punt prinċipali. Iddeċiedi kemm għandek bżonn fatti biex toħroġ il-​punt ċar u li jinftiehem, skont kemm is-​semmiegħa diġà jafu dwar is-​suġġett.