Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 STUDJU 4

Skritturi introdotti b’mod xieraq

Skritturi introdotti b’mod xieraq

Mattew 22:41-45

X’GĦANDEK TAGĦMEL: Qabel ma taqra skrittura, ipprepara l-​imħuħ tas-​semmiegħa tiegħek.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Aħseb dwar għala qed taqra l-​iskrittura. Introduċi kull skrittura b’mod li se jgħin lis-​semmiegħa tiegħek isibu l-​punt li tixtieq tenfasizza fil-​vers.

  • Ikkwota l-​Bibbja bħala awtorità. Meta tkun qed titkellem maʼ nies li jemmnu f’Alla, iġbed l-​attenzjoni lejn il-​Bibbja bħala l-​Kelma t’Alla, u b’hekk turi li dak li qed tgħallem hu l-​ħsieb t’Alla.

  • Qajjem interess fl-​iskrittura. Staqsi mistoqsija li l-​iskrittura se twieġeb, semmi problema li l-​iskrittura se tgħinhom isolvu, jew semmi prinċipju li r-​rakkont Skritturali se jgħinhom jifhmu.