Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 STUDJU 3

L-użu tal-mistoqsijiet

L-użu tal-mistoqsijiet

Mattew 16:13-16

X’GĦANDEK TAGĦMEL: Staqsi mistoqsijiet b’rispett biex tqajjem u żżomm l-​interess, biex tirraġuna mas-​semmiegħa tiegħek, u biex tenfasizza punti importanti.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Qajjem u żomm l-​interess. Staqsi mistoqsijiet rettoriċi biex tgħin lis-​semmiegħa jaħsbu iktar u jkunu jridu jafu iktar.

  • Irraġuna fuq suġġett. Għin lis-​semmiegħa tiegħek isegwu r-​raġunar taʼ diskussjoni billi tistaqsi mistoqsijiet li jwasslu għal konklużjoni li tagħmel sens.

  • Enfasizza punti importanti. Staqsi mistoqsija li tqajjem interess biex tintroduċi ħsieb prinċipali. Uża mistoqsijiet bħala reviżjoni wara li tiddiskuti punt importanti jew meta tkun se tispiċċa l-​preżentazzjoni tiegħek.