Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 STUDJU 18

Informattiva għall-udjenza

Informattiva għall-udjenza

1 Korintin 9:19-23

X’GĦANDEK TAGĦMEL: Għin lis-​semmiegħa tiegħek jaħsbu dwar is-​suġġett, u b’hekk iħossu li tgħallmu xi ħaġa utli.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Aħseb dwar dak li s-​semmiegħa tiegħek diġà jafu. Minflok ma sempliċement tirrepeti dak li semgħu qabel, għinhom iħarsu lejn is-​suġġett minn angolu differenti.

  • Agħmel riċerka u mmedita. Meta jkun possibbli, inkludi fatti inqas familjari jew affarijiet li qed jiġru dan l-​aħħar biex tispjega punti prinċipali. Aħseb fil-​fond dwar il-​materjal tiegħek u kif dan jaqbel mal-​fatti li qed taħseb biex issemmi.

  • Uri kemm il-​messaġġ tiegħek hu utli. Spjega kif punti Skritturali jistgħu jgħinu lis-​semmiegħa tiegħek fil-​ħajja taʼ kuljum. Iddiskuti sitwazzjonijiet, attitudnijiet, u azzjonijiet speċifiċi li jgħoddu għas-​semmiegħa tiegħek.