Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 STUDJU 16

Inkuraġġanti u pożittiv

Inkuraġġanti u pożittiv

Ġob 16:5

X’GĦANDEK TAGĦMEL: Iffoka fuq is-​soluzzjonijiet u l-​affarijiet li se jinkuraġġixxu lis-​semmiegħa, u mhux fuq il-​problemi.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Tgħallem żomm ħarsa pożittiva dwar is-​semmiegħa tiegħek. Kun fiduċjuż li l-​aħwa jridu jogħġbu lil Ġeħova. Anke jekk ikollok tagħti parir, l-​ewwel faħħarhom sinċerament kull meta jkun possibbli.

  • Illimita materjal negattiv. Inkludi aspetti negattivi taʼ suġġett sakemm ikunu għal skop utli biss. It-​ton ġenerali tat-​taħdita tiegħek għandu jkun pożittiv.

  • Agħmel użu tajjeb tal-​Kelma t’Alla. Iġbed l-​attenzjoni lejn dak li Ġeħova għamel, qed jagħmel, u se jagħmel għall-​bnedmin. Inkuraġġixxi u saħħaħ lis-​semmiegħa tiegħek.