Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 STUDJU 15

Uri li int konvint

Uri li int konvint

Rumani 8:38, 39

X’GĦANDEK TAGĦMEL: Uri li b’mod sod temmen fil-​verità u fl-​importanza taʼ dak li qed tgħid.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Ipprepara bir-​reqqa. Ibqaʼ studja l-​materjal sakemm tifhem x’inhuma l-​punti prinċipali u kif il-​Bibbja turi li huma veri. Ipprova esprimi l-​punti prinċipali tat-​taħdita tiegħek fi ftit kliem sempliċi. Ikkonċentra fuq kif se tgħin lis-​semmiegħa tiegħek. Itlob għall-​ispirtu qaddis.

  • Uża kliem li juri li int konvint. Minflok ma tirrepeti l-​kliem eżatt kif jidher fil-​materjal ippubblikat, għidu fi kliemek. Agħżel kliem li juri li int ċert minn dak li qed tgħid.

  • Esprimi lilek innifsek b’serjetà u sinċerità. Ara li l-​volum taʼ leħnek hu biżżejjed. Żomm kuntatt bl-​ għajnejn meta hu xieraq.