Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 STUDJU 14

Enfasizza l-punti prinċipali

Enfasizza l-punti prinċipali

Ebrej 8:1

X’GĦANDEK TAGĦMEL: Għin lill-​udjenza tiegħek issegwik waqt it-​taħdita, u uri ċar kif kull punt prinċipali għandu x’jaqsam mal-​iskop u t-​tema tiegħek.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Ara li jkollok skop f’moħħok. Ikkunsidra jekk it-​taħdita tiegħek hijiex maħsuba biex tinforma, tikkonvinċi, jew tħeġġeġ lill-​udjenza, u mbagħad żviluppaha skont dan. Kun ċert li l-​punti prinċipali kollha jgħinuk tasal għall-​iskop tiegħek.

  • Enfasizza t-​tema tat-​taħdita tiegħek. Irreferi għat-​tema tul it-​taħdita tiegħek billi tirrepeti l-​kliem prinċipali tat-​tema jew billi tuża kliem ieħor li jfisser l-​istess.

  • Oħroġ il-​punti prinċipali tiegħek b’mod ċar u sempliċi. Agħżel biss punti prinċipali li għandhom x’jaqsmu mat-​tema tiegħek u li tistaʼ tgħallimhom b’mod effettiv fil-​ħin li għandek. Illimita n-​numru taʼ punti prinċipali, semmi b’mod ċar kull punt prinċipali, ieqaf għal ftit bejn kull wieħed, u mexxi ħelu ħelu minn punt għal ieħor.