Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 STUDJU 13

Valur prattiku magħmul ċar

Valur prattiku magħmul ċar

Proverbji 3:21

X’GĦANDEK TAGĦMEL: Għin lis-​semmiegħa jifhmu kif is-​suġġett tiegħek jaffettwa ħajjithom, u urihom xi jridu jagħmlu b’dak li jitgħallmu.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Aħseb dwar is-​semmiegħa tiegħek. Immedita fuq għala s-​semmiegħa tiegħek għandhom bżonn jisimgħu l-​informazzjoni li qed taqsam magħhom u x’se jkun t’għajnuna għalihom b’mod speċjali.

  • Waqt it-​taħdita, uri lis-​semmiegħa tiegħek xi jridu jagħmlu. Mill-​bidu nett, kull semmiegħ għandu jirrealizza, ‘Din għalija.’ Hekk kif tiżviluppa kull punt, uri kif jiġi applikat. Kun speċifiku.