Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 STUDJU 11

Entużjażmu

Entużjażmu

Rumani 12:11

X’GĦANDEK TAGĦMEL: Ħeġġeġ lis-​semmiegħa tiegħek billi titkellem b’żelu.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Ħalli l-​materjal jaffettwa l-​ewwel lil qalbek. Hekk kif tipprepara biex tagħti taħdita, aħseb fil-​fond dwar l-​importanza tal-​messaġġ tiegħek. Sir af il-​materjal tiegħek sew biex tkun tistaʼ tesprimi lilek innifsek mill-​qalb.

  • Aħseb dwar is-​semmiegħa tiegħek. Immedita dwar kif l-​informazzjoni li se taqra jew tgħallem se tkun taʼ benefiċċju għal oħrajn. Ikkunsidra modi kif tippreżenta din l-​informazzjoni biex is-​semmiegħa tiegħek jaraw ċar kif jistgħu jibbenefikaw minnha.

  • Agħti l-​ħajja lit-​taħdita tiegħek. Tkellem b’żelu. Uża ġesti naturali u espressjonijiet tal-​wiċċ sinċieri biex turi dak li qed tħoss int.