Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 STUDJU 10

Varjazzjoni fil-leħen

Varjazzjoni fil-leħen

Dewteronomju 27:14

X’GĦANDEK TAGĦMEL: Esprimi ideat b’mod ċar u qanqal emozzjoni billi tvarja l-​volum, it-​ton, u l-​pass taʼ leħnek.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Varja l-​volum taʼ leħnek. Żid il-​volum taʼ leħnek biex tenfasizza punti prinċipali u biex tqanqal lis-​semmiegħa tiegħek. Agħmel l-​ istess meta taqra ġudizzji Skritturali, bħal pereżempju, ġudizzji li ta Ġeħova lin-​nies. Naqqas il-​volum taʼ leħnek biex iżżid l-​antiċipazzjoni jew biex tesprimi biżaʼ jew ansjetà.

  • Varja t-​ton taʼ leħnek. Għolli t-​ton taʼ leħnek biex tesprimi entużjażmu jew biex turi d-​daqs jew id-​distanza. Baxxi t-​ton taʼ leħnek biex tesprimi niket jew ansjetà.

  • Varja l-​pass taʼ leħnek. Tkellem b’ritmu mgħaġġel biex tesprimi eċċitament. Tkellem iktar bil-​mod meta tkun qed issemmi punti importanti.