Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Informazzjoni għad-delegati

Informazzjoni għad-delegati

ATTENDANTS L-​attendants qegħdin hemm biex jgħinuk. Jekk jogħġbok ikkoopera bis-​sħiħ magħhom billi timxi fuq dak li jgħidulek huma rigward il-​parking, il-​kontroll tal-​folla, il-​postijiet li terfaʼ, u affarijiet oħrajn.

MAGĦMUDIJA Se jkun hemm siġġijiet riservati għall-​kandidati tal-​magħmudija fis-​sala prinċipali quddiem il-​palk, sakemm ma jkunx hemm xi struzzjonijiet oħra. Il-​kandidati għall-​magħmudija għandhom ikunu bilqiegħda hemmhekk is-​Sibt filgħodu qabel ma tibda t-​taħdita tal-​magħmudija. Kull wieħed għandu jġib miegħu xugaman u malja modesta.

DONAZZJONIJIET Saru arranġamenti bi spejjeż konsiderevoli biex jiġu provduti biżżejjed siġġijiet, sistema tas-​sawnd, apparat tal-​vidjow, u ħafna servizzi oħra biex jagħmlu l-​konvenzjoni pjaċevoli u jgħinuna nersqu eqreb lejn Ġeħova. Id-​donazzjonijiet volontarji tiegħek jgħinu biex jitħallsu dawn l-​ispejjeż kif ukoll biex jappoġġjaw ix-​xogħol taʼ madwar id-​dinja. Għall-​konvenjenza tiegħek, kaxxi għall-​kontribuzzjonijiet immarkati ċar jinsabu madwar is-​sala kollha. Id-​donazzjonijiet kollha huma apprezzati ħafna. Il-​Ġemgħa li Tiggverna tixtieq tirringrazzjak talli tappoġġa b’mod ġeneruż l-​interessi tas-​Saltna.

L-​EWWEL GĦAJNUNA Jekk jogħġbok żomm f’moħħok li dan id-​dipartiment qiegħed għall-​EMERĠENZI BISS.

OĠĠETTI MITLUFIN U MISJUBIN Kull oġġett li jinstab għandu jittieħed fid-​Dipartiment tal-​Oġġetti Mitlufin u Misjubin. Jekk tlift xi ħaġa, mur f’dan id-​dipartiment u identifika dak li tkun tlift. Tfal li jitbiegħdu mill-​ġenituri tagħhom u jintilfu għandhom jittieħdu f’dan id-​dipartiment. Madankollu, biex jiġi evitat stress bla bżonn, jekk jogħġbok ħu ħsieb it-​tfal tiegħek u żommhom miegħek.

POSTIJIET Jekk jogħġbok aħseb f’ħaddieħor. Ftakar li tistaʼ żżomm post biss għal dawk li jiġu minnek mill-​qrib, li qed jivvjaġġaw miegħek fl-​istess karozza, jgħixu miegħek fl-​istess dar, jew li bħalissa qed jistudjaw il-​Bibbja miegħek. Jekk jogħġbok tħallix oġġetti fuq siġġijiet li m’intix terfaʼ.

SERVIZZ TAʼ VOLONTIERI Jekk tixtieq tgħin fix-​xogħol involut biex tiġi organizzata l-​konvenzjoni, jekk jogħġbok mur fid-​Dipartiment tal-​Informazzjoni u l-​Volontieri.

 LAQGĦA SPEĊJALI

SKOLA GĦALL-​EVANĠELIZZATURI TAS-​SALTNA Pijunieri li għandhom bejn it-​23 u l-​65 sena u li huma interessati f’li jkabbru l-​ministeru tagħhom huma mistidnin jattendu l-​laqgħa tal-​Iskola għall-​Evanġelizzaturi tas-​Saltna l-​Ħadd waranofsinhar. Il-​post u l-​ħin eżatt taʼ din il-​laqgħa se jitħabbru minn qabel.

Organizzata mill-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova