Taħseb li . . .

  • iva?

  • le?

  • forsi?

 X’TGĦID IL-BIBBJA?

“Se jkun hemm irxoxt.”—Atti 24:15, Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida.

 NISTGĦU VERAMENT NEMMNU DAK LI TGĦID IL-BIBBJA?

Iva, minn tal-inqas għal tliet raġunijiet:

  • Alla hu l-Ħallieq tal-ħajja. Il-Bibbja ssejjaħ lil Alla Ġeħova “s-sors tal-ħajja.” (Salm 36:9; Atti 17:24, 25) Il-Wieħed li ta l-ħajja lill-ħlejjaq ħajjin kollha ċertament li hu kapaċi jagħti lura l-ħajja lil dawk li mietu.

  • Alla rxoxta lil xi bnedmin fil-passat. Il-Bibbja ssemmi tmien każijiet taʼ bnedmin—żgħar, kbar, irġiel u nisa—li ngħataw lura l-ħajja fuq l-art. Xi wħud ma tantx kienu ilhom mejtin, imma wieħed minnhom kien ilu fil-qabar erbat ijiem!—Ġwanni 11:39-44.

  • Alla hu ħerqan biex jerġaʼ jirxoxta lin-nies. Ġeħova jobgħod il-mewt; hu jqisha bħala għadu. (1 Korintin 15:26) Hu ‘jixxennaq’ biex jirbaħ lil dan l-għadu u jelimina l-mewt permezz tal-irxoxt. Hu jixxennaq ukoll biex iġib lura lil dawk li qegħdin fil-memorja tiegħu u biex jerġaʼ jarahom ħajjin fuq l-art.—Ġob 14:14, 15.

X’JISTAʼ JFISSER DAN GĦALIK?

Faraġ meta jmut xi ħadd għażiż għalik.—2 Korintin 1:3, 4.

Ħelsien mill-biżaʼ tal-mewt.—Ebrej 2:15.

Tama vera li terġaʼ tingħaqad mal-għeżież mejtin tiegħek.—Ġwanni 5:28, 29.

 AĦSEB DWAR DAN

Għala nixjieħu u mmutu?

Il-Bibbja twieġeb din il-mistoqsija f’ĠENESI 3:17-19 u RUMANI 5:12.