Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Min tassew qed jikkontrolla d-dinja?

Min tassew qed jikkontrolla d-dinja?

Taħseb li hu . . .

  • Alla?

  • l-​bniedem?

  • xi ħadd ieħor?

 X’TGĦID IL-​BIBBJA?

“Id-​dinja kollha qiegħda taħt idejn il-​Ħażin.”—1 Ġwanni 5:19, Il-​Bibbja tal-​Għaqda Biblika Maltija.

“Deher Bin Alla, biex jeqred l-​opri tax-​xitan.”—1 Ġwanni 3:8, Il-​Bibbja Mqaddsa taʼ Karm Żammit.

X’JISTAʼ JFISSER DAN GĦALIK?

Spjegazzjonijiet loġiċi għall-​problemi tad-​dinja.—Rivelazzjoni 12:12.

Ikollok għal xiex temmen li d-​dinja tagħna se tinbidel għall-​aħjar.—1 Ġwanni 2:17.

 NISTGĦU VERAMENT NEMMNU DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA?

Iva, minn tal-​inqas għal tliet raġunijiet:

  • Il-​ħakma taʼ Satana x-​Xitan żgur se tinqered. Ġeħova hu determinat li jtemm il-​kontroll li Satana għandu fuq l-​umanità. Hu jwiegħed li “jġib fix-​xejn . . . ix-​Xitan” u jirranġa l-​ħsara kollha li kkaġuna Satana.—Ebrej 2:14, Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida.

  • Alla għażel lil Ġesù Kristu biex jaħkem id-​dinja. Ġesù hu kompletament l-​oppost tal-​ħakkiem kiefer u egoist li għandha d-​dinja issa. Rigward il-​ħakma taʼ Ġesù, Alla jwiegħed: “Se jiddispjaċih għall-​batut u għall-​fqir. . . Mill-​moħqrija u mill-​vjolenza se jifdilhom ruħhom.”—Salm 72:13, 14.

  • Alla ma jistax jigdeb. Il-​Bibbja tgħid ċar u tond: “Hu impossibbli li Alla jigdeb.” (Ebrej 6:18) Meta Ġeħova jwiegħed li jagħmel xi ħaġa, ikun daqslikieku diġà saret! (Isaija 55:10, 11) “Il-​ħakkiem taʼ din id-​dinja se jitkeċċa ’l barra.”—Ġwanni 12:31.

 AĦSEB DWAR DAN

Kif se tkun id-​dinja wara li jitneħħa l-​ħakkiem tagħha?

Il-​Bibbja twieġeb din il-​mistoqsija f’​SALM 37:10, 11 u RIVELAZZJONI 21:3, 4.