Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 12

Kif Inhu Organizzat ix-Xogħol Tagħna tal-Ippritkar tas-Saltna?

Kif Inhu Organizzat ix-Xogħol Tagħna tal-Ippritkar tas-Saltna?

Spanja

Il-Belarus

Il-Ħong Kong

Il-Perù

Ftit qabel mewtu, Ġesù avża: “Din l-aħbar tajba tas-saltna tiġi pridkata fl-art abitata kollha bħala xiehda lill-ġnus kollha; u mbagħad jiġi t-tmiem.” (Mattew 24:14) Imma dan ix-xogħol taʼ ppritkar madwar id-dinja, kif kellu jitwettaq? Billi nsegwu l-eżempju taʼ Ġesù waqt li kien fuq l-art.—Luqa 8:1.

Nipprovaw nikkuntattjaw lin-nies fi djarhom. Ġesù ħarreġ lid-dixxipli tiegħu biex jippritkaw l-aħbar tajba minn dar għal dar. (Mattew 10:11-13; Atti 5:42; 20:20) Dawn l-evanġelizzaturi tal-ewwel seklu kienu inkarigati biex jippritkaw f’territorji speċifiċi. (Mattew 10:5, 6; 2 Korintin 10:13) B’mod simili llum, l-ippritkar tagħna hu organizzat sew, u kull kongregazzjoni tingħata territorju xi tkopri. Dan jippermettilna nwettqu l-kmand taʼ Ġesù biex “nippridkaw lin-nies u nagħtu xiehda bir-reqqa.”—Atti 10:42.

Nistinkaw biex inkellmu lin-nies kull fejn jistgħu jinstabu. Ġesù kien t’eżempju wkoll billi pprietka lin-nies f’postijiet pubbliċi, bħal f’xatt il-baħar jew qrib xi bir li kien jintuża mill-komunità. (Marku 4:1; Ġwanni 4:5-15) Aħna wkoll nitkellmu man-nies dwar il-Bibbja kull fejn nistgħu—fit-toroq, f’postijiet taʼ kummerċ, fil-ġonna, jew bit-telefown. Nagħtu xhieda wkoll lill-ġirien tagħna, lil sħabna tax-xogħol u tal-iskola, u lil qrabatna kull meta jkollna l-ħin opportun. Dawn l-isforzi kollha flimkien għamluha possibbli għal miljuni taʼ nies madwar id-dinja biex jisimgħu “l-aħbar tajba taʼ salvazzjoni.”—Salm 96:2.

Tistaʼ taħseb f’xi ħadd li tixtieq taqsam miegħu l-aħbar tajba tas-Saltna t’Alla u xi tfisser din l-aħbar għall-futur tagħhom? Iżżommx dan il-messaġġ taʼ tama għalik innifsek. Aqsmu maʼ ħaddieħor kemm jistaʼ jkun malajr!

  • Liema “aħbar tajba” jeħtieġ tiġi pritkata?

  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova kif qed jimitaw il-metodu taʼ Ġesù rigward l-ippritkar?