Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 20

Kif Taħdem il-Ġemgħa li Tiggverna Llum?

Kif Taħdem il-Ġemgħa li Tiggverna Llum?

Il-ġemgħa li tiggverna tal-ewwel seklu

Tinqara l-ittra tal-ġemgħa li tiggverna

Fl-ewwel seklu, grupp żgħir, “l-appostli u l-anzjani f’Ġerusalemm,” qeda bħala ġemgħa li tiggverna biex jieħu deċiżjonijiet importanti f’isem il-kongregazzjoni Kristjana midluka kollha. (Atti 15:2) Meta ħadu deċiżjoni unanima, kien minħabba li kienu ddiskutew x’tgħid l-Iskrittura u segwew id-direzzjoni tal-ispirtu t’Alla. (Atti 15:25) Dan l-eżempju qed jiġi użat illum.

Qed tintuża minn Alla biex tagħmel ir-rieda tiegħu. L-irġiel midlukin li jaqdu fil-Ġemgħa li Tiggverna għandhom interess kbir fil-Kelma t’Alla u ħafna esperjenza rigward kif jittrattaw kwistjonijiet prattiċi u spiritwali. Kull ġimgħa jiltaqgħu biex jikkunsidraw il-bżonnijiet tal-aħwa madwar id-dinja. Bħal fl-ewwel seklu, istruzzjonijiet ibbażati fuq il-Bibbja huma provduti kemm permezz taʼ ittri kif ukoll permezz taʼ indokraturi li jivvjaġġaw u oħrajn. Dan jgħin lill-poplu t’Alla biex jaħseb u jaġixxi bi ħsieb wieħed. (Atti 16:4, 5) Il-Ġemgħa li Tiggverna tieħu ħsieb il-preparazzjoni tal-ikel spiritwali u l-ħatriet taʼ rġiel għal pożizzjonijiet taʼ responsabbiltajiet. Ukoll, tinkuraġġixxi lil kulħadd biex jagħti prijorità lix-xogħol tal-ippritkar.

Timxi skont id-direzzjoni tal-ispirtu t’Alla. Il-Ġemgħa li Tiggverna tfittex il-gwida tas-Sovran Universali, Ġeħova, u tal-Kap tal-kongregazzjoni, Ġesù. (1 Korintin 11:3; Efesin 5:23) Il-membri tagħha ma jqisux lilhom infushom bħala l-mexxejja tal-poplu t’Alla. Huma, flimkien mal-Kristjani midlukin kollha, “jibqgħu mexjin wara l-Ħaruf [Ġesù] kulfejn imur.” (Rivelazzjoni 14:4) Il-membri tal-Ġemgħa li Tiggverna japprezzaw ħafna meta nitolbu għalihom u għax-xogħol tagħhom.

  • Fl-ewwel seklu min kien fil-ġemgħa li tiggverna?

  • Illum il-Ġemgħa li Tiggverna kif tfittex id-direzzjoni t’Alla?