Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 3

Kif Reġgħet Ġiet Skoperta l-Verità tal-Bibbja?

Kif Reġgħet Ġiet Skoperta l-Verità tal-Bibbja?

L-Istudenti tal-Bibbja, madwar l-1870

L-ewwel ħarġa tat-Torri tal-Għassa bl-Ingliż, 1879

It-Torri tal-Għassa llum

Il-Bibbja bassret li wara l-mewt taʼ Kristu kellhom iqumu għalliema foloz fost il-Kristjani tal-bidu u kellhom ifixklu l-verità tal-Bibbja. (Atti 20:29, 30) Maż-żmien, hekk ġara eżatt. Huma ħalltu t-tagħlim taʼ Ġesù maʼ ideat reliġjużi pagani, u żviluppat tip taʼ Kristjanità falza. (2 Timotju 4:3, 4) Kif nistgħu nkunu ċerti li llum għandna l-fehma korretta taʼ x’tgħallem verament il-Bibbja?

Wasal iż-żmien biex Ġeħova jirrivela l-verità. Huwa bassar li matul iż-‘żmien tat-tmiem, l-għarfien veru kien se jkun abbundanti.’ (Danjel 12:4) Fl-1870, grupp żgħir taʼ wħud li kienu qed ifittxu l-verità rrikonoxxew li ħafna duttrini tal-knisja ma kinux Skritturali. Allura, huma bdew ifittxu għal fehma tat-tagħlim oriġinali tal-Bibbja, u Ġeħova għenhom jifhmu l-iskritturi.

Uħud sinċiera studjaw il-Bibbja bir-reqqa. B’ħerqa, dawk l-Istudenti tal-Bibbja, dawk taʼ qabilna, użaw metodu taʼ studju li għadna nużaw illum. Huma ddiskutew il-Bibbja suġġett suġġett. Meta ltaqgħu maʼ silta fil-Bibbja li kienet diffiċli biex tifhimha, huma fittxew f’versi oħrajn biex jispjegaw is-silta. Meta waslu għal konklużjoni li taqbel mal-kumplament tal-Iskrittura, niżżluha bil-miktub. Billi ħallew il-Bibbja tinterpreta lilha nfisha, huma reġgħu skoprew il-verità dwar isem Alla u s-Saltna, l-iskop tiegħu għall-bnedmin u għall-art, il-kundizzjoni tal-mejtin, u t-tama tal-qawmien. It-tfittxija tagħhom ħelsithom mill-ħafna twemmin u prattiki foloz.—Ġwanni 8:31, 32.

Sal-1879, l-Istudenti tal-Bibbja indunaw li kien wasal iż-żmien biex jagħmlu l-verità magħrufa maʼ kullimkien. Allura dik is-sena bdew jipproduċu r-rivista li għadna nippubblikaw sal-lum, It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova. Issa qed nippritkaw lin-nies il-veritajiet tal-Bibbja f’240 pajjiż u b’madwar 750 lingwa. L-għarfien eżatt qatt qabel ma kien daqshekk abbundanti!

  • Wara l-mewt taʼ Kristu, x’ġara bil-verità tal-Bibbja?

  • Xi ppermettielna nerġgħu niskopru l-verità mill-Kelma t’Alla?