Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 16

X’Inhu l-Irwol tal-Qaddejja Ministerjali?

X’Inhu l-Irwol tal-Qaddejja Ministerjali?

Il-Mjanmar

Sehem fil-laqgħa

Grupp tas-servizz

Manutenzjoni tas-Sala tas-Saltna

Il-Bibbja tiddeskrivi żewġ gruppi taʼ rġiel Kristjani li jieħdu ħsieb ir-responsabbiltajiet tal-kongregazzjoni—“l-indokraturi u l-qaddejja ministerjali.” (Filippin 1:1) Normalment, f’kull kongregazzjoni jkun hemm diversi qaddejja ministerjali u anzjani. Liema xogħol jagħmlu l-qaddejja ministerjali għall-ġid tagħna?

Jgħinu lill-ġemgħa tal-anzjani. Il-qaddejja ministerjali għandhom relazzjoni b’saħħitha maʼ Ġeħova, u huma rġiel taʼ min joqgħod fuqhom u kuxjenzjużi, xi wħud żgħar u oħrajn kbar. Huma jieħdu ħsieb xogħlijiet importanti imma spiss taʼ rutina li huma relatati mal-kongregazzjoni u s-Sala tas-Saltna iżda li ma jinvolvux tagħlim u indokrar. Dan jippermetti lill-anzjani biex jiffokaw fuq ir-responsabbiltajiet taʼ li jgħallmu u jirgħu.

Jagħmlu xogħol prattiku. Xi qaddejja ministerjali huma inkarigati bħala attendants biex jagħtu merħba lil kull min jiġi l-laqgħa. Oħrajn jieħdu ħsieb is-sawnd, it-tqassim tal-letteratura, il-kontijiet tal-kongregazzjoni, u t-tqassim tat-territorju lill-membri tal-kongregazzjoni għal għoti taʼ xhieda. Huma jgħinu wkoll fil-manutenzjoni tas-Sala tas-Saltna. L-anzjani jistgħu jitolbuhom jgħinu lil dawk imdaħħlin fiż-żmien. Huma lesti li jagħmlu kull biċċa xogħol mogħtija lilhom, u l-kongregazzjoni tirrispettahom għax-xogħol iebes tagħhom u għall-attitudni xierqa li għandhom.—1 Timotju 3:13.

Jagħtu eżempju tajjeb bħala rġiel Kristjani. Il-qaddejja ministerjali jintgħażlu minħabba li jkollhom kwalitajiet spiritwali mill-aħjar. Meta jkollhom sehem fil-laqgħat, isaħħulna l-fidi. Billi jieħdu t-tmexxija fl-attività tal-ippritkar, huma jħeġġuna biex inkunu iktar żelużi. Minħabba l-ispirtu taʼ kooperazzjoni tagħhom, jippromwovu ferħ u għaqda. (Efesin 4:16) Maż-żmien, huma wkoll għandhom mnejn jikkwalifikaw biex jaqdu bħala anzjani.

  • X’tip taʼ rġiel huma l-qaddejja ministerjali?

  • Il-qaddejja kif jgħinu biex il-kongregazzjoni timxi ħarir?