Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 18

Kif Ngħinu lil Ħutna li Qed Ibatu?

Kif Ngħinu lil Ħutna li Qed Ibatu?

Ir-Repubblika Dominikana

Il-Ġappun

Il-Ħaiti

Meta jseħħ diżastru, ix-Xhieda taʼ Ġeħova mill-ewwel jibdew jaħdmu biex jgħinu lil ħuthom li huma effettwati. Sforzi bħal dawn juru kemm hi ġenwina l-imħabba tagħna għal xulxin. (Ġwanni 13:34, 35; 1 Ġwanni 3:17, 18) B’liema modi ngħinu?

Nagħtu donazzjonijiet. Meta waqaʼ ġuħ kbir fil-Lhudija, il-Kristjani tal-bidu f’Antjokja bagħtu l-flus lil ħuthom spiritwali. (Atti 11:27-30) B’mod simili, meta nsiru nafu li f’xi parti tad-dinja ħutna qed jiffaċċjaw tbatija, nibagħtu donazzjonijiet permezz tal-kongregazzjoni lokali tagħna biex tingħata għajnuna materjali lil dawk fi bżonn kbir.—2 Korintin 8:13-15.

Nagħtu għajnuna prattika. L-anzjani li jkunu fil-post tad-diżastru jfittxu kull membru tal-kongregazzjoni biex jagħmlu ċert li kulħadd instab u qiegħed f’post taʼ sigurtà. Kumitat għall-għajnuna jistaʼ jieħu ħsieb li jkun hemm biżżejjed ikel, ilma tajjeb għax-xorb, ħwejjeġ, kenn, u għajnuna medika. Ħafna Xhieda bis-snajjaʼ meħtieġa joffru li jmorru bi spejjeż tagħhom biex jgħinu jew biex isewwu djar u Swali tas-Saltna li ġarrbu l-ħsara. L-għaqda li ngawdu bħala organizzazzjoni u l-esperjenza li akkwistajna f’li naħdmu flimkien jippermettulna nieħdu azzjoni malajr fi żmien il-għawġ. Għalkemm ngħinu lil “min jiġi minna fil-fidi,” meta jkun possibbli nagħtu daqqa t’id ukoll lil oħrajn, tkun xi tkun ir-reliġjon tagħhom.—Galatin 6:10.

Noffru appoġġ spiritwali u emozzjonali. Il-vittmi taʼ diżastru b’mod speċjali jkollhom bżonn il-faraġ. Fi żminijiet bħal dawn, aħna niksbu s-saħħa mingħand Ġeħova, “l-Alla taʼ kull faraġ.” (2 Korintin 1:3, 4) Aħna nieħdu pjaċir naqsmu l-wegħda tal-Bibbja maʼ dawk f’disperazzjoni, billi naċċertawhom li s-Saltna t’Alla dalwaqt se ġġib fi tmiem it-traġedji kollha li jġibu wġigħ u tbatija.—Rivelazzjoni 21:4.

  • Ix-Xhieda għala huma kapaċi jaġixxu minnufih meta jseħħ xi diżastru?

  • X’faraġ spiritwali nistgħu naqsmu maʼ dawk li salvaw?