Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 1

X’Tip ta’ Nies Huma x-Xhieda ta’ Ġeħova?

X’Tip ta’ Nies Huma x-Xhieda ta’ Ġeħova?

Id-Danimarka

It-Tajwan

Il-Venezwela

L-Indja

Kemm-il Xhud taʼ Ġeħova taf? Xi wħud minna nistgħu nkunu ġirien tiegħek, kollegi tax-xogħol, jew ħbiebek tal-iskola. Jew jistaʼ jkun li ġieli kellna diskussjonijiet miegħek minn fuq il-Bibbja. Min aħna verament? Għaliex inxandru pubblikament it-twemmin tagħna?

Aħna nies komuni. Aħna niġu minn sfondi u stati soċjali differenti. Xi wħud minna qabel kienu jipprattikaw reliġjon differenti, filwaqt li oħrajn ma kinux jemmnu f’Alla. Madankollu, qabel ma sirna Xhieda taʼ Ġeħova, ilkoll ħadna l-ħin meħtieġ biex neżaminaw bir-reqqa t-tagħlim tal-Bibbja. (Atti 17:11) Aħna qbilna maʼ dak li tgħallimna, u mbagħad ħadna deċiżjoni personali biex inqimu ’l Alla Ġeħova.

Aħna nibbenefikaw milli nistudjaw il-Bibbja. Bħal kulħadd, aħna jkollna nħabbtu wiċċna mal-problemi u n-nuqqasijiet tagħna stess. Imma billi nipprovaw napplikaw il-prinċipji Bibliċi fil-ħajja tagħna taʼ kuljum, aħna esperjenzajna titjib sostanzjali fil-kwalità tal-ħajja tagħna. (Salm 128:1, 2) Din hi raġuni waħda għala nxandru lil oħrajn l-affarijiet tajbin li tgħallimna mill-Bibbja.

Aħna ngħixu fi qbil mal-prinċipji divini. Dawn il-prinċipji, bħalma tgħallem il-Bibbja, jippromwovu saħħa aħjar u rispett lejn ħaddieħor, flimkien maʼ kwalitajiet bħall-onestà u l-qalb tajba. Dawn il-prinċipji Bibliċi jgħinu biex membri tas-soċjetà jkunu f’saħħithom u produttivi, u jinkuraġġixxu unità fil-familja u morali tajbin. Minħabba li konvinti li “Alla mhux parzjali,” aħna nqisu lilna nfusna bħala familja internazzjonali magħquda permezz tat-twemmin tagħna. Għalkemm individwalment aħna nies komuni, flimkien nagħmlu poplu uniku.—Atti 4:13; 10:34, 35.

  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova x’għandhom komuni maʼ nies oħrajn?

  • Ix-Xhieda xi prinċipji tgħallmu mill-istudju tal-Bibbja?