Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 26

Kif Nistgħu Ngħinu Biex Inżommu s-Sala tas-Saltna Tagħna f’Kundizzjoni Tajba?

L-Estonja

Żimbabwe

Il-Mongolja

Puerto Rico

Kif Nistgħu Ngħinu Biex Inżommu s-Sala tas-Saltna Tagħna f’Kundizzjoni Tajba?

L-isem qaddis t’Alla hu miktub fuq kull Sala tas-Saltna tax-Xhieda taʼ Ġeħova. Għalhekk, aħna nħossu li s-sehem tagħna f’li nżommu l-bini nadif, preżentabbli, u fi stat tajjeb hu privileġġ u parti importanti mill-qima sagra tagħna. Kulħadd jistaʼ jipparteċipa.

Wara l-laqgħa offri biex tagħmel xi tindif. Wara kull laqgħa, l-aħwa rġiel u nisa jkunu ferħanin f’li jagħmlu tindif ħafif tas-Sala tas-Saltna. Darba fil-ġimgħa jsir tindif iktar bir-reqqa. Anzjan jew qaddej ministerjali jikkoordina x-xogħol, normalment billi jsegwi xi lista taʼ x’għandu jsir. Skont il-bżonn, individwi joffru li jikinsu, jaħslu, ifarfru, jirranġaw is-siġġijiet, inaddfu u jiddiżinfettaw il-kmamar tal-banju, jaħslu t-twieqi u l-mirja, jarmu l-iskart, jew inaddfu l-btieħi u madwar il-bini. Minn tal-inqas darba fis-sena tiġi mwarrba ġurnata għal xogħol taʼ tindif li ma jsirx b’mod regulari. Billi ninkludu lit-tfal tagħna f’xi xogħlijiet, inkunu qed ngħallmuhom jirrispettaw il-post taʼ qima tagħna.—Ekkleżjasti 5:1.

Agħti daqqa t’id meta jkun hemm bżonn xi tiswijiet. Kull sena ssir spezzjoni dettaljata tas-Sala tas-Saltna, ġewwa u barra. Skont din l-ispezzjoni jsir ix-xogħol taʼ manutenzjoni b’mod regulari biex is-sala tinżamm f’kundizzjoni tajba u jiġu evitati spejjeż bla bżonn. (2 Kronaki 24:13; 34:10) Sala tas-Saltna nadifa u miżmuma tajjeb hija post adattat fejn inqimu lil Alla tagħna. Billi jkollna sehem f’dan ix-xogħol, aħna nuru kemm inħobbu lil Ġeħova u ngħożżu l-post fejn inqimuh. (Salm 122:1) Barra minn hekk, dan jagħti impressjoni tajba fil-komunità.—2 Korintin 6:3.

  • Għala m’għandniex nittraskuraw il-post taʼ qima tagħna?

  • Liema arranġamenti jsiru biex is-Sala tas-Saltna tinżamm nadifa?