Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 9

X’Inhu l-Aħjar Mod Kif Nippreparaw għal-Laqgħat?

X’Inhu l-Aħjar Mod Kif Nippreparaw għal-Laqgħat?

Il-Kambodja

L-Ukraina

Jekk qed tistudja l-Bibbja maʼ Xhud taʼ Ġeħova, probabbilment tipprova tgħaddi l-materjal qabel kull studju. Sabiex tibbenefika iktar, ikun aħjar li tagħmel l-istess qabel ma tattendi l-laqgħat tal-kongregazzjoni. Niksbu l-aħjar riżultati meta jkollna rutina tajba.

Iddeċiedi meta u fejn se tistudja. Meta tistaʼ tikkonċentra l-aħjar? Forsi filgħodu kmieni qabel ma tibda ġurnata xogħol jew forsi aktar tard filgħaxija wara li t-tfal ikunu marru jorqdu? Anki jekk ma tistax tistudja għal ħinijiet twal, iddeċiedi kemm tistaʼ twarrab ħin għall-istudju u pprova tħalli xejn itellfek. Fittex post kwiet, u neħħi kull ħaġa li tistaʼ ttellfek billi titfi r-radju, it-televixin, u l-mowbajl. It-talb qabel ma tibda l-istudju se jgħinek tistrieħ mill-ansjetajiet li jkollok fil-ġurnata. B’hekk, tkun tistaʼ tikkonċentra fuq il-Kelma t’Alla.—Filippin 4:6, 7.

Immarka l-materjal u pprepara biex tipparteċipa. Ibda billi tieħu idea ġenerali tas-suġġett. Aħseb dwar it-titlu tal-artiklu jew tal-kapitlu, ikkunsidra kif kull sottotitolu jorbot maʼ din it-tema, u eżamina l-istampi u l-mistoqsijiet bħala reviżjoni li jenfasizzaw il-punti prinċipali. Imbagħad, aqra kull paragrafu, u fittex it-tweġiba għall-mistoqsija stampata. Fittex u aqra l-iskritturi mniżżlin, u aħseb kif isaħħu l-materjal. (Atti 17:11) Meta tkun tistaʼ tidentifika t-tweġiba, immarka xi kliem jew frażijiet importanti mill-paragrafu li se jgħinuk tiftakar it-tweġiba matul il-laqgħa. Imbagħad, fil-laqgħa, jekk trid tistaʼ tgħolli idek u tagħmel kumment qasir fi kliemek.

Billi teżamina s-suġġetti differenti li huma diskussi kull ġimgħa fil-laqgħat, tkun qed iżżid ħsibijiet ġodda mat-“teżor maħżun” tiegħek tal-għarfien mill-Bibbja.—Mattew 13:51, 52.

  • Liema rutina tistaʼ tagħmel biex tipprepara għal-laqgħat?

  • Kif tistaʼ tħejji lilek innifsek sabiex tagħmel kumment fil-laqgħa?