Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 13

X’Inhu Pijunier?

X’Inhu Pijunier?

Il-Kanada

Minn dar għal dar

Studju tal-Bibbja

Studju personali

Il-kelma “pijunier” spiss tirreferi għal dawk li jesploraw territorji ġodda u li jwittu t-triq għal taʼ warajhom biex isegwuhom. Ġesù kien bħal pijunier, ladarba ntbagħat fuq l-art biex iwettaq il-ministeru li jagħti l-ħajja u biex jagħti l-opportunità lin-nies għal salvazzjoni. (Mattew 20:28) Illum, is-segwaċi tiegħu qed jimitawh billi jqattgħu kemm jistaʼ jkun ħin ‘jagħmlu dixxipli.’ (Mattew 28:19, 20) Xi wħud irnexxielhom jagħmlu x-xogħol li nsejħulu s-servizz taʼ pijunier.

Pijunier huwa evanġelizzatur full-time. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova kollha huma pubblikaturi tal-aħbar tajba. Però, xi wħud organizzaw ħajjithom biex jaqdu bħala pijunieri regulari, billi jqattgħu 70 siegħa kull xahar fix-xogħol tax-xandir. Sabiex jagħmlu dan, ħafna wħud jaħdmu part-time sekularment. Oħrajn jintgħażlu biex jaqdu bħala pijunieri speċjali f’postijiet fejn il-bżonn taʼ proklamaturi tas-Saltna huwa ikbar. Dawn jiddedikaw 130 siegħa jew iktar fil-ministeru kull xahar. Il-pijunieri huma kuntenti jgħixu ħajja sempliċi, b’fiduċja li Ġeħova se jagħtihom il-bżonnijiet tal-ħajja. (Mattew 6:31-33; 1 Timotju 6:6-8) Dawk li ma jistgħux jaqdu bħala pijunieri full-time jistgħu jaqdu bħala pijunieri awżiljarji meta jkunu jistgħu, billi jżidu l-attività taʼ ppritkar tagħhom għal 30 jew 50 siegħa fix-xahar.

Pijunier hu mqanqal mill-imħabba għal Alla u għan-nies. Bħal Ġesù, aħna ninnotaw il-kundizzjoni spiritwali ddisprata li ħafna nies qegħdin fiha llum. (Marku 6:34) Imma aħna għandna l-għarfien li jistaʼ jgħinhom issa stess, u b’hekk ikollhom tama soda għall-futur. L-imħabba għall-proxxmu tqanqal pijunier biex jagħti b’ġenerożità mill-ħin u l-enerġija tiegħu sabiex jgħin ’l oħrajn spiritwalment. (Mattew 22:39; 1 Tessalonikin 2:8) B’riżultat taʼ dan, il-fidi tal-pijunier titqawwa, jersaq eqreb lejn Alla, u jesperjenza ferħ kbir.—Atti 20:35.

  • Kif tiddeskrivi pijunier?

  • Xi wħud x’jimmotivahom biex jagħmlu x-xogħol taʼ pijunier full-time?