Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 19

Min Hu l-Ilsir Leali u Għaqli?

Min Hu l-Ilsir Leali u Għaqli?

Ilkoll nibbenefikaw mill-ikel spiritwali tagħna

Ftit qabel mewtu, Ġesù kellu konversazzjoni fil-privat maʼ erbgħa mid-dixxipli tiegħu—Pietru, Ġakbu, Ġwanni, u Indrì. Hekk kif Ġesù kien qed ibassar dwar is-sinjal tal-preżenza tiegħu fl-aħħar jiem, hu qajjem mistoqsija importanti: “Min hu tassew l-ilsir leali u għaqli li sidu ħatru fuq il-qaddejja taʼ daru, biex jagħtihom l-ikel fiż-żmien xieraq?” (Mattew 24:3, 45; Marku 13:3, 4) Ġesù kien qed jaċċerta lid-dixxipli tiegħu li bħala s-‘sid’ tagħhom kien se jinkariga lil dawk li kienu se jipprovdu ikel spiritwali b’mod kontinwu għas-segwaċi tiegħu matul iż-żmien tal-aħħar. Min kellu jagħmel parti minn dan l-ilsir?

Hu grupp żgħir taʼ segwaċi taʼ Ġesù midlukin bl-ispritu. “L-ilsir” hu l-Ġemgħa li Tiggverna tax-Xhieda taʼ Ġeħova. Dan jagħti ikel spiritwali fil-ħin lill-aduraturi oħrajn taʼ Ġeħova. Aħna niddependu minn dan l-ilsir leali sabiex ikompli jagħtina ‘s-sehem tagħna taʼ l-ikel fiż-żmien xieraq.’—Luqa 12:42.

Hu jieħu ħsieb id-dar t’Alla. (1 Timotju 3:15) Ġesù ta l-ilsir ir-responsabbiltà kbira taʼ li jieħu ħsieb ix-xogħol tal-parti tal-organizzazzjoni taʼ Ġeħova fuq l-art—jimmaniġġa l-assi materjali, jidderieġi l-attività tal-ippritkar, u jgħallimna permezz tal-kongregazzjonijiet. B’hekk, sabiex jipprovdilna dak li għandna bżonn meta jkollna bżonnu, “l-ilsir leali u għaqli” qed iqassam ikel spiritwali permezz tal-pubblikazzjonijiet li nużaw fil-ministeru tagħna, kif ukoll permezz tal-programmi li jsiru fil-laqgħat u fl-assembleat tagħna.

L-ilsir hu leali lejn il-veritajiet tal-Bibbja u lejn l-inkarigu tiegħu biex jipprietka l-aħbar tajba, u hu għaqli bil-mod kif jieħu ħsieb l-interessi taʼ Kristu fuq l-art. (Atti 10:42) Ġeħova qed ibierek dan ix-xogħol b’żieda u b’abbundanza taʼ provvedimenti spiritwali.—Isaija 60:22; 65:13.

  • Min kien maħtur minn Ġesù biex jitmaʼ lid-dixxipli tiegħu spiritwalment?

  • L-ilsir b’liema modi hu leali u għaqli?