Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 6

Kif Nibbenefikaw Milli Nassoċjaw mal-Kristjani Sħabna?

Kif Nibbenefikaw Milli Nassoċjaw mal-Kristjani Sħabna?

Il-Madagaskar

In-Norveġja

Il-Libanu

L-Italja

Anki jekk ikollna nimxu minn ġo ġungla b’ħafna siġar ġo xulxin jew noħorġu f’temp kiefer, aħna b’mod regulari nattendu l-laqgħat Kristjani tagħna. Minkejja l-isfidi tal-ħajja u l-għeja li taqaʼ wara ġurnata xogħol, ix-Xhieda taʼ Ġeħova għala jagħmlu sforz bħal dan biex jassoċjaw maʼ sħabhom fit-twemmin?

Huwa għall-ġid tagħna. ‘Agħtu kas xulxin,’ kiteb Pawlu, hu u jitkellem dwar dawk li nassoċjaw magħhom fil-kongregazzjoni. (Ebrej 10:24) Din l-espressjoni tfisser li għandna nsiru nafu lil xulxin. Għalhekk, il-kliem tal-appostlu jinkuraġġina biex nuru interess f’ħaddieħor. Billi nsiru nafu familji Kristjani oħrajn, se nindunaw li wħud minnhom irnexxielhom jegħlbu sfidi simili għal tagħna u dawn il-familji jistgħu jgħinuna nirnexxu wkoll.

Niżviluppaw ħbiberiji b’saħħithom. Fil-laqgħat tagħna ma niltaqgħux sempliċement maʼ nies li nafuhom fuq fuq, imma mal-ħbieb tal-qalb tagħna. F’okkażjonijiet oħrajn, aħna nqattgħu ħin flimkien f’rikreazzjoni li tibni. Kif nibbenefikaw minn assoċjazzjoni bħal din? Nitgħallmu napprezzaw aktar wieħed lil ieħor, u dan isaħħaħ l-imħabba tagħna. Imbagħad, meta sħabna jkunu qed jiffaċċjaw problemi, aħna nkunu lesti ngħinuhom għax diġà nkunu żviluppajna ħbiberiji b’saħħithom. (Proverbji 17:17) Billi nassoċjaw maʼ kull membru tal-kongregazzjoni, nuru li ‘nieħdu ħsieb xulxin bl-istess mod.’—1 Korintin 12:25, 26.

Ninkuraġġuk tagħżel ħbieb li qed jagħmlu r-rieda t’Alla. Se ssib ħbieb bħal dawn fost ix-Xhieda taʼ Ġeħova. Jekk jogħġbok tħalli xejn iwaqqfek milli tassoċja magħna.

  • Għala huwa għall-ġid tagħna li nassoċjaw flimkien fil-laqgħat?

  • Meta tixtieq iżżur il-kongregazzjoni tagħna biex issir tafna aħjar?