Min Qed Jagħmel ir-Rieda ta’ Ġeħova Llum?

Ix-Xhieda ta’ Ġeħova jinsabu madwar id-dinja u huma minn kull sfond etniku u kulturali. X’ġibed lil dan il-grupp daqstant imħallat flimkien?

X’Inhi r-Rieda t’Alla?

Alla jrid li r-rieda tiegħu ssir magħrufa mad-dinja kollha. X’inhi din ir-rieda, u llum min qed jgħallem lil oħrajn dwarha?

X’Tip ta’ Nies Huma x-Xhieda ta’ Ġeħova?

Kemm-il Xhud ta’ Ġeħova taf? X’taf verament dwarna?

Għala Nissejħu Xhieda ta’ Ġeħova?

Ikkunsidra tliet raġunijiet għala adottajna dan l-isem.

Kif Reġgħet Ġiet Skoperta l-Verità tal-Bibbja?

Kif nistgħu nkunu ċerti li għandna l-fehma t-tajba ta’ dak li tgħallem il-Bibbja?

Għala Ppubblikajna t-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida?

X’tagħmilha tispikka bħala unika din it-traduzzjoni tal-Kelma t’Alla?

X’Se Ssib fil-Laqgħat Kristjani Tagħna?

Aħna niltaqgħu flimkien biex nistudjaw l-Iskrittura u ninkuraġġixxu lil xulxin. Se tingħata merħba mill-qalb!

Kif Nibbenefikaw Milli Nassoċjaw mal-Kristjani Sħabna?

Il-Kelma t’Alla tinkuraġġixxi s-sħubija Kristjana. Tgħallem kif tista’ tibbenefika minn dan it-tip ta’ sħubija.

Xi Jsir fil-Laqgħat Tagħna?

Ġieli ħsibt dwar xi jsir fil-laqgħat tagħna? Bla dubju se tkun impressjonat bil-kwalità tal-edukazzjoni tal-Bibbja li tista’ tirċievi hemmhekk.

Għala Nilbsu Pulit għal-Laqgħat Tagħna?

Jinteressah Alla minn dak li nilbsu? Sir af liema prinċipji Bibliċi jiggwidaw l-għażliet tal-ilbies u d-dehra tagħna.

X’Inhu l-Aħjar Mod Kif Nippreparaw għal-Laqgħat?

Preparazzjoni minn qabel għal-laqgħat tagħna se tgħinek tibbenefika iktar minnhom.

X’Inhi l-Qima tal-Familja?

Sir af kif dan l-arranġament jista’ jgħinek tersaq qrib lejn Alla u jsaħħaħ l-għaqda tal-familja tiegħek.

Għala Nattendu Assembleat Kbar?

Kull sena, niltaqgħu flimkien għal tliet okkażjonijiet speċjali. Kif tista’ tibbenefika minn dawn il-laqgħat?

Kif Inhu Organizzat ix-Xogħol Tagħna tal-Ippritkar tas-Saltna?

Aħna nsegwu l-eżempju ta’ Ġesù waqt li kien fuq l-art. X’inhuma xi ftit minn dawn il-metodi tal-ippritkar?

X’Inhu Pijunier?

Xi Xhieda jiddedikaw 30, 50, jew saħansitra iktar sigħat kull xahar fix-xogħol tal-ippritkar. Xi jqanqalhom jagħmlu dan?

Liema Skejjel Hemm għall-Pijunieri?

Liema taħriġ speċjali hemm għal dawk li jiddedikaw il-ħin kollu tagħhom għax-xogħol tal-ippritkar tas-Saltna?

L-Anzjani Kif Jgħinu lill-Kongregazzjoni?

L-anzjani huma rġiel maturi spiritwalment li jieħdu t-tmexxija fil-kongregazzjoni. Liema għajnuna jagħtu?

X’Inhu l-Irwol tal-Qaddejja Ministerjali?

Il-qaddejja ministerjali jgħinu biex il-kongregazzjoni timxi ħarir. Sir af kif ix-xogħol tagħhom hu ta’ benefiċċju għal kull min jattendi.

L-Indokraturi li Jżuru l-Kongregazzjonijiet Kif Jgħinuna?

L-indokraturi li jżuru l-kongregazzjonijiet għala jagħmlu dan ix-xogħol? Kif tista’ tibbenefika miż-żjajjar tagħhom?

Kif Ngħinu lil Ħutna li Qed Ibatu?

Meta jseħħ diżastru, malajr nagħmlu arranġamenti biex dawk effettwati jingħataw għajnuna prattika u faraġ spiritwali. B’liema modi?

Min Hu l-Ilsir Leali u Għaqli?

Ġesù wiegħed li kien se jaħtar ilsir biex jagħti ikel spiritwali f’waqtu. Dan kif qed isir?

Kif Taħdem il-Ġemgħa li Tiggverna Llum?

Fl-ewwel seklu, grupp żgħir t’anzjani u appostli qdew bħala ġemgħa li tiggverna għall-kongregazzjoni Kristjana. Xi ngħidu għal-lum?

X’Inhi Betel?

Betel hu post uniku u għandu skop importanti ħafna. Sir af iktar dwar dawk li jaqdu hemmhekk.

Xi Jsir f’Uffiċċju tal-Fergħa?

Il-viżitaturi huma mistidnin iżuru kwalunkwe uffiċċju tal-fergħa. Nistidnuk biex tagħmel dan!

Il-Letteratura Tagħna Kif Tinkiteb u Tiġi Tradotta?

Nipproduċu letteratura f’iktar minn 700 lingwa. Għala nagħmlu dan l-isforz kollu?

Kif Inhu Finanzjat ix-Xogħol Tagħna ta’ Madwar id-Dinja?

X’jagħmel lill-organizzazzjoni tagħna differenti minn reliġjonijiet oħrajn fejn jidħlu l-finanzi?

Is-Swali tas-Saltna—Għala u Kif Jinbnew?

Il-postijiet ta’ qima tagħna għala jissejħu Swali tas-Saltna? Sir af iktar dwar kif dawn l-istrutturi sempliċi jgħinu lill-kongregazzjonijiet tagħna.

Kif Nistgħu Ngħinu Biex Inżommu s-Sala tas-Saltna Tagħna f’Kundizzjoni Tajba?

Sala tas-Saltna nadifa u f’kundizzjoni tajba ġġib tifħir lil Alla tagħna. Liema arranġamenti jsiru biex is-Sala tas-Saltna lokali tinżamm nadifa?

Kif Tista’ Tkun ta’ Benefiċċju Għalina l-Librerija fis-Sala tas-Saltna?

Tixtieq tagħmel xi riċerka biex iżżid l-għarfien tiegħek tal-Bibbja? Żur il-librerija fis-Sala tas-Saltna!

X’Tista’ Ssib fuq il-Websajt Tagħna?

Tista’ titgħallem iktar dwarna u dwar it-twemmin tagħna kif ukoll tista’ ssib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet Bibliċi tiegħek.

Int Se Tagħmilha r-Rieda taʼ Ġeħova?

Alla Ġeħova verament iħobbok. Kif tistaʼ turi li tixtieq togħġbu fil-ħajja tiegħek taʼ kuljum?