Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 13

Timotju Ried Jgħin lin-Nies

Timotju Ried Jgħin lin-Nies

Timotju kien żagħżugħ li kien jieħu pjaċir jgħin lin-nies. Hu vvjaġġa lejn ħafna postijiet biex jgħin lil oħrajn. Minħabba dan, kellu ħajja eċċitanti ħafna. Tixtieq tismaʼ dwarha?—

Omm Timotju u nanntu għallmuh dwar Ġeħova

Meta kien tifel, Timotju kien jgħix f’belt jisimha Listra. Meta kien żgħir, in-nanna tiegħu Lojs u ommu, Ewniċe, bdew jgħallmuh dwar Ġeħova. Hekk kif Timotju kiber, ried jgħin lil oħrajn jitgħallmu dwar Ġeħova.

Meta Timotju kien għadu żagħżugħ, Pawlu talbu jivvjaġġa miegħu lejn postijiet oħrajn. Timotju qallu: ‘Iva!’ Kien lest li jmur jgħin lil oħrajn.

Timotju vvjaġġa maʼ Pawlu lejn belt fil-Maċedonja jisimha Tessalonika. Biex jaslu hemmhekk, kellhom jimxu ħafna  u mbagħad jaqbdu dgħajsa. Meta sa fl-aħħar waslu, għenu lil ħafna nies jitgħallmu dwar Ġeħova. Imma xi nies kienu rrabjati u pprovaw iweġġgħuhom. Allura Pawlu u Timotju kellhom jitilqu u jippritkaw f’postijiet oħra.

Timotju kellu ħajja mimlija ferħ u eċċitament

Xi xhur wara, Pawlu talab lil Timotju jmur lura Tessalonika biex jara kif kienu l-aħwa. Kellu bżonn kuraġġ kbir biex jerġaʼ jmur f’dik il-belt perikoluża! Imma Timotju mar għax kien inkwetat dwar l-aħwa t’hemmhekk. Hu mar lura għand Pawlu b’aħbar tajba. L-aħwa f’Tessalonika kienu sejrin tajjeb ħafna!

Timotju ħadem maʼ Pawlu għal ħafna snin. Pawlu darba kiteb li Timotju kien l-aħjar wieħed li setaʼ jibgħat biex jgħin lill-kongregazzjonijiet. Timotju kien iħobb lil Ġeħova u lin-nies.

Inti tħobbhom lin-nies u trid tgħinhom jitgħallmu dwar Ġeħova?— Jekk iva, jistaʼ jkollok ħajja mimlija ferħ u eċċitament, bħalma kellu Timotju!