Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 5

Samwel Baqaʼ Jagħmel Dak li Hu Tajjeb

Samwel Baqaʼ Jagħmel Dak li Hu Tajjeb

Minn meta Samwel kien żgħir ħafna, hu għex u ħadem fit-tabernaklu, il-post fejn in-nies kienu jmorru jqimu lil Ġeħova. Taf kif Samwel spiċċa fit-tabernaklu? L-ewwel ejja nitgħallmu dwar omm Samwel, Ħanna.

Għal żmien twil, Ħanna ma setax ikollha tarbija avolja riedet ħafna li jkollha. Allura lil Ġeħova talbitu mill-qalb biex jgħinha. Hi wiegħdet li jekk ikollha tifel kienet se tibagħtu jgħix u jaħdem fit-tabernaklu. Ġeħova wieġeb it-talba tagħha u kellha tifel. Hi semmietu Samwel. U bħalma Ħanna kienet wiegħdet, meta Samwel kellu dawk it-tliet snin jew erbgħa, ħaditu fit-tabernaklu biex jaqdi lil Alla hemmhekk.

Għeli kien il-qassis il-kbir fit-tabernaklu. U anki ż-żewġt itfal subien tiegħu kienu jaħdmu hemm. Ftakar, it-tabernaklu kien id-dar għall-qima t’Alla, fejn in-nies suppost kienu jagħmlu affarijiet tajbin. Imma wlied Għeli kienu qed jagħmlu affarijiet ħżiena ħafna. Samwel ra x’kienu qed jagħmlu. Għamel Samwel affarijiet ħżiena bħalma għamlu wlied Għeli?— Le, baqaʼ jagħmel dak li hu tajjeb, kif kienu għallmuh il-ġenituri tiegħu.

Għeli x’taħseb li missu għamel dwar iż-żewġt itfal tiegħu?— Missu kkastigahom u waqqafhom milli jkomplu jaħdmu fid-dar t’Alla. Imma Għeli m’għamilx hekk, allura Ġeħova kien irrabjat miegħu u maʼ wliedu. Ġeħova ddeċieda li jikkastigahom.

Samwel ta l-messaġġ taʼ Ġeħova lil Għeli

Darba minnhom bil-lejl, meta Samwel kien rieqed, semaʼ lil xi ħadd jgħajjatlu: ‘Samwel!’ Mar jiġri għand Għeli, imma Għeli qallu: ‘Jien m’għajjatlekx.’ Dan ġara darbtejn oħra. Wara t-tielet darba, Għeli qal lil Samwel li jekk jerġaʼ jismaʼ l-leħen, għandu jgħid: ‘Jekk jogħġbok, tkellem, Ġeħova; jien qed nisimgħek.’ Allura Samwel hekk għamel. Imbagħad Ġeħova qal lil Samwel: ‘Għid lil Għeli li se nikkastiga lill-familja tiegħu għall-affarijiet  ħżiena li għamlu.’ Taħseb li kien faċli għal Samwel li jagħti dan il-messaġġ lil Għeli?— Le, ma kienx. Imma avolja Samwel beżaʼ, għamel dak li qallu Ġeħova. U ġara eżatt dak li qal Ġeħova. Inqatlu ż-żewġt itfal taʼ Għeli, u anki Għeli miet.

Samwel hu eżempju tajjeb għalina. Hu għamel dak li hu tajjeb avolja ra nies oħrajn jagħmlu affarijiet ħżiena. U inti? Se tkun bħal Samwel u tibqaʼ tagħmel dak li hu tajjeb? Jekk tagħmel hekk, se tferraħ kemm lil Ġeħova kif ukoll lill-ġenituri tiegħek.

AQRA MILL-BIBBJA TIEGĦEK