Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 2

Rebekka Riedet Tagħmel lil Ġeħova Ferħan

Rebekka Riedet Tagħmel lil Ġeħova Ferħan

Rebekka kienet mara li tħobb lil Ġeħova. Ir-raġel tagħha kien jismu Iżakk. Anki hu kien iħobb lil Ġeħova. Rebekka kif iltaqgħet maʼ Iżakk? Kif uriet li riedet tagħmel lil Ġeħova ferħan? Ejja nitgħallmu iktar dwarha.

Il-ġenituri taʼ Iżakk kienu Abraham u Sara. Kienu jgħixu f’post jismu Kangħan, fejn in-nies ma kinux iqimu lil Ġeħova. Imma Abraham ried li t-tifel tiegħu jiżżewweġ mara li kienet tqim lil Ġeħova. Allura bagħat lill-qaddej tiegħu, x’aktarx lil Eligħeżer, biex isib mara għal Iżakk f’post jismu Ħaran, fejn kienu jgħixu ftit mill-qraba t’Abraham.

Rebekka kienet lesta taħdem iebes biex iġġib l-ilma għall-iġmla

Eligħeżer ivvjaġġa maʼ qaddejja oħrajn t’Abraham. Kien vjaġġ twil ħafna. Magħhom ħadu għaxar iġmla li kienu qed iġorru ikel u rigali. Eligħeżer kif kien se jkun jaf liema mara għandu jagħżel għal Iżakk? Meta Eligħeżer u l-qaddejja l-oħrajn waslu Ħaran, waqfu ħdejn bir għax Eligħeżer kien jaf li n-nisa dalwaqt kienu se jmorru biex iġibu l-ilma. Hu talab lil Ġeħova u qal: ‘Jekk nitlob lil xi mara żagħżugħa biex tagħtini l-ilma u tagħti lili u lill-iġmla tiegħi l-ilma, inkun naf li din hi l-mara li int għażilt.’

Imbagħad it-tfajla Rebekka marret ħdejn il-bir. Il-Bibbja tgħid li kienet ħelwa ħafna. Eligħeżer talabha ftit ilma, u  hi qalet: ‘Mela le. Ħa ntik ftit ilma, u ħa mmur inġib għall-iġmla tiegħek ukoll.’ Immaġina ftit! Iġmla li jkollhom l-għatx jixorbu ħafna ilma, allura Rebekka qagħdet ġejja u sejra ttellaʼ l-ilma mill-bir darba wara l-oħra. Qed tara fl-istampa kemm qed taħdem iebes?— Eligħeżer stagħġeb b’kif Ġeħova wieġeb it-talba tiegħu.

Eligħeżer ta lil Rebekka ħafna rigali sbieħ. Hi stiednet lil Eligħeżer u lill-qaddejja l-oħra fid-dar tal-familja tagħha. Eligħeżer spjega għala Abraham kien bagħtu hemm u kif Ġeħova kien wieġeb it-talba tiegħu. Il-familja taʼ Rebekka kienu kuntenti jħalluha tiżżewweġ lil Iżakk.

Rebekka marret Kangħan maʼ Eligħeżer u żżewġet lil Iżakk

Imma taħseb li Rebekka riedet tiżżewweġ lil Iżakk?— Rebekka kienet taf li Ġeħova kien bagħat lil Eligħeżer hemmhekk. Allura meta l-familja taʼ Rebekka staqsewha jekk riditx tmur Kangħan u tiżżewweġ lil Iżakk, hi qalet, ‘Iva, irrid immur.’ Dak il-ħin stess telqet maʼ Eligħeżer. Meta waslu Kangħan, hi żżewġet lil Iżakk.

Minħabba li Rebekka għamlet dak li Ġeħova riedha tagħmel, Ġeħova ħa ħsiebha. Ħafna snin wara, Ġesù twieled fil-familja tagħha! Jekk inti bħal Rebekka u tagħmel lil Ġeħova ferħan, hu se jieħu ħsiebek ukoll.

AQRA MILL-BIBBJA TIEGĦEK