Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 4

Hi Ferrħet lil Missierha u lil Ġeħova

Hi Ferrħet lil Missierha u lil Ġeħova

Ġefta liema wegħda qed jagħmel lil Ġeħova?

Ma kienx faċli, imma t-tifla taʼ Ġefta għamlet dak li wiegħed missierha

Qed taraha t-tifla fl-istampa?— Hi t-tifla taʼ raġel jismu Ġefta. Il-Bibbja ma tgħidilniex x’jisimha, imma nafu li ferrħet lil missierha u lil Ġeħova. Ejja nsiru nafu dwarha u dwar missierha, Ġefta.

Ġefta kien raġel tajjeb u qattaʼ ħafna ħin jgħallem lit-tifla tiegħu dwar Ġeħova. Kien ukoll raġel b’saħħtu u mexxej tajjeb. Allura l-Iżraelin talbuh imexxihom biex jiġġieldu kontra l-għedewwa tagħhom.

Ġefta talab lil Alla biex jgħinu jirbaħ. Ġefta wiegħed li jekk jirbaħ, kien se jagħti lil Ġeħova l-ewwel persuna li toħroġ minn daru meta jmur lura d-dar. Din il-persuna kien se jkollha tgħix u taħdem fit-tabernaklu t’Alla għall-bqija taʼ ħajjitha.  F’dak iż-żmien, it-tabernaklu kien il-post fejn in-nies kienu jmorru jqimu lil Alla. Ġefta rebaħ il-ġlieda! Taf min ħareġ minn daru l-ewwel meta mar lura d-dar?—

Hekk hu, it-tifla taʼ Ġefta! Hu lilha biss kellu, u issa kien se jkollu jibgħatha ’l bogħod minnu. Dan sewwidlu qalbu. Imma ftakar, kien għamel wegħda. Mill-ewwel, bintu qalet: ‘Pa, int għamilt wegħda lil Ġeħova, trid iżżommha.’

Kull sena, il-ħbieb tat-tifla taʼ Ġefta kienu jmorru jżuruha

It-tifla taʼ Ġefta wkoll sewdet qalbha. Fit-tabernaklu, ma setgħetx tiżżewweġ u jkollha t-tfal. Imma hi xtaqet ħafna żżomm il-wegħda li għamel missierha u tferraħ lil Ġeħova. Għaliha dan kien iktar importanti milli tiżżewweġ jew ikollha t-tfal. Allura telqet mid-dar u ħadmet fit-tabernaklu għall-bqija taʼ ħajjitha.

Taħseb li missierha u Ġeħova kienu ferħanin b’dak li għamlet?— Iva, ħafna! Jekk inti tobdi u tħobb lil Ġeħova, tistaʼ tkun bħat-tifla taʼ Ġefta. Inti wkoll se tferraħ lill-ġenituri tiegħek u lil Ġeħova.