Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 8

Ġosija Kellu Ħbieb Tajbin

Ġosija Kellu Ħbieb Tajbin

Inti taħseb li hu diffiċli tagħmel dak li hu tajjeb?— Ħafna nies jaħsbu li hu diffiċli. Il-Bibbja tgħidilna dwar tifel jismu Ġosija li kien diffiċli ħafna għalih li jagħmel dak li hu tajjeb. Imma kellu ħbieb tajbin li għenuh. Ejja nitgħallmu iktar dwar Ġosija u l-ħbieb tiegħu.

Missier Ġosija kien Amon, is-sultan taʼ Ġuda. Amon kien ħażin ħafna u kien iqim lill-idoli. Meta miet missier Ġosija, Ġosija sar is-sultan taʼ Ġuda. Imma kellu biss tmien snin! Taħseb li hu kien ħażin bħal missieru?— Le, ma kienx!

Sofonija wissa lin-nies biex ma jqimux lill-idoli

Anki meta kien żgħir ħafna, Ġosija ried jobdi lil Ġeħova. Allura bħala ħbieb għażel biss lil dawk li kienu jħobbu lil Ġeħova. U dawn għenu lil Ġosija jagħmel dak li hu tajjeb. Min kienu wħud mill-ħbieb taʼ Ġosija?

Wieħed mill-ħbieb tiegħu kien Sofonija. Sofonija kien profeta li wissa lin-nies taʼ Ġuda li jekk iqimu lill-idoli kien se  jiġrilhom affarijiet ħżiena. Ġosija semaʼ minn Sofonija u qiem lil Ġeħova, mhux lill-idoli.

Ħabib ieħor taʼ Ġosija kien Ġeremija. Bejn wieħed u ieħor hu kien daqs Ġosija, u meta kienu tfal kienu jgħixu viċin taʼ xulxin. Tant kienu ħbieb tal-qalb li meta Ġosija miet, Ġeremija kiteb għanja speċjali dwar kemm kien jimmissja lil Ġosija. Ġeremija u Ġosija għenu lil xulxin biex jagħmlu dak li hu tajjeb u biex jobdu lil Ġeħova.

Ġosija u Ġeremija għenu lil xulxin biex jagħmlu dak li hu tajjeb

X’tistaʼ titgħallem mill-eżempju taʼ Ġosija?— Anki meta Ġosija kien għadu tifel żgħir, ried jagħmel dak li hu tajjeb. Kien jaf li l-ħbieb tiegħu kellhom ikunu nies li jħobbu lil Ġeħova. Kun ċert li tagħżel ħbieb li jħobbu lil Ġeħova u li jistgħu jgħinuk tagħmel dak li hu tajjeb!

AQRA MILL-BIBBJA TIEGĦEK