Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 11

Dawn Kitbu Dwar Ġesù

Dawn Kitbu Dwar Ġesù

Qed tarahom l-irġiel fl-istampa?— Dawn huma Mattew, Marku, Luqa, Ġwanni, Pietru, Ġakbu, Ġuda, u Pawlu. Dawn l-irġiel kollha għexu fi żmien Ġesù, u kitbu dwar Ġesù. Ejja nitgħallmu iktar dwarhom.

X’taf dwar dawn l-irġiel?

Tlieta minnhom kienu appostli li ppritkaw maʼ Ġesù. Taf liema tlieta?— Mattew, Ġwanni, u Pietru. L-appostli Mattew u Ġwanni kienu jafuh sew lil Ġesù, u t-tnejn li huma kitbu ktieb dwar il-ħajja taʼ Ġesù. L-appostlu  Ġwanni kiteb ukoll ktieb jismu Rivelazzjoni u tliet ittri jisimhom L-Ewwel Ġwanni, It-Tieni Ġwanni, u It-Tielet Ġwanni. L-appostlu Pietru kiteb żewġ ittri li huma fil-Bibbja. Dawn jisimhom L-Ewwel Pietru u It-Tieni Pietru. Fit-tieni ittra tiegħu, Pietru kiteb dwar meta Ġeħova tkellem mis-sema u qal dwar Ġesù: ‘Dan hu ibni. Jien inħobbu u kburi bih.’

L-irġiel l-oħra fl-istampa wkoll jgħallmuna dwar Ġesù fil-kotba li kitbu. Wieħed minnhom hu Marku. X’aktarx li hu kien hemm meta Ġesù ġie arrestat u ra kulma ġara. Raġel ieħor hu Luqa. Hu kien tabib u probabbli sar Kristjan wara li miet Ġesù.

Żewġ kittieba oħra tal-Bibbja li qed tara fl-istampa kienu ħut Ġesù, li kienu iżgħar minnu. Taf x’jisimhom?— Jisimhom Ġakbu u Ġuda. Għall-ewwel, dawn ma kinux jemmnu f’Ġesù. Sa ħasbu li kien xi ftit miġnun. Imma iktar tard emmnu f’Ġesù u saru Kristjani.

L-aħħar kittieb tal-Bibbja li qed tara fl-istampa hu Pawlu. Qabel ma sar Kristjan, kien jismu Sawl. Hu kien jobgħod lill-Kristjani u kien kattiv ħafna magħhom. Taf x’ġiegħel lil Pawlu jkun irid isir Kristjan?— Jum fost l-oħrajn, Pawlu kien qed jivvjaġġa fi triq meta f’daqqa waħda semaʼ lil xi ħadd ikellmu mis-sema. Kien Ġesù! Hu staqsa lil Pawlu: ‘Għala inti daqshekk kattiv maʼ dawk li jemmnu fija?’ Wara dan, Pawlu nbidel u sar Kristjan. Pawlu kiteb 14-il ktieb tal-Bibbja, minn Rumani sa Ebrej.

Aħna naqraw il-Bibbja kuljum, hux veru?— Meta naqraw il-Bibbja nitgħallmu ħafna affarijiet dwar Ġesù. Tixtieq inti titgħallem iktar dwar Ġesù?—