Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 IL-5 TAQSIMA

Il-ministeru taʼ Ġesù iktar tard lejn il-Lvant tal-Ġordan

“Ħafna poġġew il-​fidi fih.”—Ġwanni 10:42

Il-ministeru taʼ Ġesù iktar tard lejn il-Lvant tal-Ġordan

F'DIN IT-TAQSIMA

KAPITLU 82

Il-ministeru taʼ Ġesù fil-Perija

Ġesù jispjega lis-semmiegħa tiegħu x’hemm bżonn biex jiksbu s-salvazzjoni. Il-parir tiegħu kien importanti dak iż-żmien. Xi ngħidu għal-lum?

KAPITLU 83

Stediniet għal ikla—⁠Alla lil min jistieden?

Waqt li qed jiekol fid-dar taʼ Fariżew, Ġesù jirrakkonta tixbiha dwar ikla taʼ filgħaxija kbira. Hu għandu lezzjoni importanti għall-poplu t’Alla kollu. X’inhi?

KAPITLU 84

Kemm hi ħaġa serja li tkun dixxiplu?

Li ssir dixxiplu taʼ Kristu hi responsabbiltà serja. Ġesù ma jħalli ebda dubju dwar x’inhu involut. Dawk li jridu jkunu segwaċi tiegħu għandhom mnejn jinħasdu b’dak li jgħid.

KAPITLU 85

Ferħ minħabba l-midneb li jindem

L-iskribi u l-Fariżej jikkritikaw lil Ġesù talli jissieħeb maʼ nies komuni. Bħala tweġiba, Ġesù juża t-tixbihat biex juri kif Alla jqis lill-midinbin.

KAPITLU 86

L-iben li kien mitluf jerġaʼ lura

X’lezzjonijiet nistgħu nitgħallmu mit-tixbiha taʼ Ġesù dwar l-iben il-ħali?

KAPITLU 87

Ippjana bil-quddiem—Uża l-għaqal

Ġesù juża tixbiha dwar prokuratur qarrieqi u korrott biex jgħallem lezzjoni.

KAPITLU 88

Bidla għar-raġel għani u għal Lazzru

Biex tifhem il-parabbola taʼ Ġesù hemm bżonn li tkun taf lil min jirrappreżentaw iż-żewġ karattri prinċipali.

KAPITLU 89

Jgħallem fil-Perija fi triqtu lejn il-Lhudija

Hu jenfasizza kwalità li tistaʼ tgħinna naħfru lil dawk li jidinbu kontrina darba wara l-oħra.

KAPITLU 90

“L-irxoxt u l-ħajja”

Ġesù x’ried ifisser meta qal li dawk li jeżerċitaw fidi fih “ma jmut qatt”?

KAPITLU 91

Lazzru jiġi rxoxtat

Żewġ aspetti prinċipali f’din il-ġrajja jagħmluha impossibbli anki għal dawk li jopponu lil Ġesù biex jiċħdu l-miraklu.

KAPITLU 92

Għaxar imġiddmin jiġu mfejqin—Wieħed biss juri gratitudni

Ir-raġel imfejjaq ma jurix apprezzament lejn Ġesù biss imma lejn xi ħadd ieħor ukoll.

KAPITLU 93

Bin il-bniedem se jiġi rivelat

Il-preżenza taʼ Kristu b’liema mod se tkun bħal sajjetta?

KAPITLU 94

Żewġ ħtiġijiet kbar—It-talb u l-umiltà

Fit-tixbiha tiegħu taʼ mħallef mill-agħar u armla, Ġesù jenfasizza l-valur taʼ kwalità partikulari.

KAPITLU 95

Jgħallem dwar id-divorzju u l-imħabba għat-tfal

Ġesù jqis lit-tfal ċkejknin differenti ħafna minn kif iqisuhom id-dixxipli tiegħu. Għala?

KAPITLU 96

Ġesù jwieġeb lil ħakkiem żagħżugħ u għani

Xi jqanqal lil Ġesù biex jgħid li hu iktar faċli li ġemel jgħaddi minn għajn taʼ labra tal-ħjata milli għal raġel għani biex jidħol fis-Saltna t’Alla?

KAPITLU 97

It-tixbiha tal-ħaddiema fl-għalqa tad-dwieli

Dawk tal-ewwel kif isiru tal-aħħar u dawk tal-aħħar kif isiru tal-ewwel?

KAPITLU 98

L-appostli jerġgħu jfittxu l-prominenza

Ġakbu u Ġwanni jitolbuh pożizzjonijiet speċjali fis-Saltna, imma mhux huma biss iridu l-prominenza.

KAPITLU 99

Ġesù jfejjaq lil irġiel għomja u jgħin lil Żakkew

Għalkemm ir-rakkonti Bibliċi dwar meta Ġesù fejjaq lil raġel agħma ħdejn Ġeriko donnhom ma jaqblux flimkien, kif nafu li fil-fatt jaqblu?

KAPITLU 100

It-tixbiha tiegħu tal-għaxar miniet

Ġesù x’ried ifisser meta qal: “Kulmin għandu, jingħatalu iktar; imma min m’għandux, jittiħidlu saħansitra dak li għandu”?