Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 IR-4 TAQSIMA

Il-ministeru taʼ Ġesù iktar tard fil-Lhudija

“Itolbu bil-​ħrara lil Sid il-​ħsad biex jibgħat ħaddiema.”—Luqa 10:2

Il-ministeru taʼ Ġesù iktar tard fil-Lhudija

F'DIN IT-TAQSIMA

KAPITLU 66

F’Ġerusalemm għall-Festa tal-Għerejjex

X’setaʼ ġiegħel lil dawk li kienu qed jisimgħu lil Ġesù jemmnu li kienu maħkum minn xi demonju?

KAPITLU 67

“Qatt ma kien hawn bniedem ieħor li tkellem bħalu”

Kważi l-qorti superjuri Lhudija kollha kemm hi topponi lil Ġesù, imma membru wieħed jissogra jitkellem favurih.

KAPITLU 68

“Id-dawl tad-dinja”—L-Iben t’Alla

Ġesù qal li “l-verità teħliskom.” Teħlishom minn xiex?

KAPITLU 69

Missierhom—Abraham jew ix-Xitan?

Ġesù jiddiskuti kif jiġu identifikati wlied Abraham, kif ukoll min hu tassew Missieru.

KAPITLU 70

Ġesù jfejjaq raġel li twieled agħma

Id-dixxipli jistaqsu għala wieħed raġel twieled agħma. Huwa għax dineb? Għax dinbu l-ġenituri tiegħu? In-nies ikollhom reazzjonijiet differenti meta Ġesù jfejjaq lir-raġel.

KAPITLU 71

Il-Fariżej jiffaċċjaw lir-raġel li kien agħma

Il-loġika tar-raġel li kien agħma tirrabjahom ħafna lill-Fariżej. Dak li l-ġenituri tiegħu kienu qed jibżgħu minnu seħħ meta l-Fariżej keċċewh mis-sinagoga.

KAPITLU 72

Ġesù jibgħat 70 dixxiplu biex jippritkaw

Fil-Lhudija, Ġesù jibgħat 70 dixxiplu tnejn tnejn biex jippritkaw dwar is-Saltna. Id-dixxipli fejn għandhom ifittxu lin-nies biex jippritkawlhom—fis-sinagogi jew fid-djar?

KAPITLU 73

Samaritan juri li tassew iħobb lil proxxmu

Ġesù kif juża t-tixbiha tas-Samaritan qalbu tajba, jew is-“Samaritan it-tajjeb,” biex jgħallem lezzjoni importanti?

KAPITLU 74

Lezzjonijiet dwar l-ospitalità u t-talb

Ġesù jżur lil Marija u Marta fid-dar tagħhom. X’jgħallimhom dwar l-ospitalità? U iktar tard kif jgħallem lid-dixxipli tiegħu dwar xiex għandhom jitolbu?

KAPITLU 75

Ġesù jirrivela kif tistaʼ tikseb l-hena

Ġesù jwieġeb lil dawk li jikkritikawh billi jgħidilhom dwar “is-sabaʼ t’Alla” u dwar kif is-Saltna t’Alla laħqithom. Juri wkoll kif in-nies jistgħu jsibu l-hena veru.

KAPITLU 76

Jiekol maʼ Fariżew

Ġesù jikxef l-ipokrisija reliġjuża tal-Fariżej u l-iskribi. Liema tagħbijiet tqal iġiegħlu lin-nies iġorru?

KAPITLU 77

Ġesù jagħti pariri dwar l-għana materjali

Ġesù jgħid tixbiha dwar raġel għani li bena mħażen akbar. Liema parir jirripeti dwar il-perikli taʼ li nfittxu l-għana materjali?

KAPITLU 78

Kun dejjem għal-lest, prokuratur leali!

Ġesù juri li hu interessat fis-saħħa spiritwali tad-dixxipli tiegħu. Il-prokuratur xi rwol kien se jkollu fis-saħħa spiritwali tagħhom? Il-parir biex inkunu għal-lest għala hu daqstant importanti?

KAPITLU 79

Għala l-Lhud li ma jemmnux se jinqerdu

Ġesù jgħid li dawk li qed jipprova jgħin se jinqerdu jekk ma jindmux. Se jitgħallmu huma l-lezzjoni importanti li Ġesù jipprova jgħallimhom dwar ir-relazzjoni tagħhom m’Alla?

KAPITLU 80

Ir-Ragħaj mill-Aħjar u l-imqawel tan-nagħaġ

Ir-relazzjoni bejn ragħaj u n-nagħaġ tiegħu turi tajjeb kif Ġesù jħossu dwar id-dixxipli tiegħu. Se jagħrfu huma t-tagħlim tiegħu u jsegwuh?

KAPITLU 81

Hu ħaġa waħda mal-Missier, imma mhuwiex Alla

Xi wħud minn dawk li jikkritikaw lil Ġesù jakkużawh li qed jagħmel lilu nnifsu daqs Alla. Kif juri bis-sengħa li l-akkużi tagħhom huma foloz?