Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 IT-3 TAQSIMA

Il-ministeru l-kbir taʼ Ġesù fil-Galilija

‘Ġesù beda jippriedka: “qorbot is-​saltna.”’—Mattew 4:17

Il-ministeru l-kbir taʼ Ġesù fil-Galilija

F'DIN IT-TAQSIMA

KAPITLU 20

It-tieni miraklu waqt li qiegħed Kana

Ġesù jfejjaq tifel minn xi 26 kilometru ’l bogħod.

KAPITLU 21

Fis-sinagoga taʼ Nazaret

Ġesù x’qal li ġiegħel lin-nies mill-belt fejn trabba jkunu jridu joqtluh?

KAPITLU 22

Erbaʼ dixxipli jsiru sajjieda tal-bnedmin

Jistidinhom biex ma jibqgħux jistadu għall-ħut imma biex jibdew jistadu għall-bnedmin.

KAPITLU 23

Ġesù jwettaq għemejjel kbar f’Kafarnahum

Meta Ġesù jkeċċi d-demonji, hu jwaqqafhom milli jgħidu lin-nies li hu l-Iben t’Alla. Għala?

KAPITLU 24

Ġesù jkabbar il-ministeru tiegħu fil-Galilija

In-nies imorru għand Ġesù biex ifejjaqhom, iżda Ġesù jispjega li l-ministeru tiegħu fir-realtà għandu skop akbar.

KAPITLU 25

B’mogħdrija jfejjaq lil raġel bil-ġdiem

B’espressjoni sempliċi iżda mimlija tifsir, Ġesù juri li hu verament jimpurtah minn dawk li jfejjaq.

KAPITLU 26

“Dnubietek maħfurin”

Ġesù juri li hemm liema konnessjoni bejn id-dnub u l-mard?

KAPITLU 27

Mattew jiġi msejjaħ

Ġesù għala jiekol maʼ wħud li huma magħrufin bħala nies midinbin?

KAPITLU 28

Id-dixxipli taʼ Ġesù għax ma jsumux?

Ġesù juża tixbiha dwar il-ġlud tal-inbid bħala tweġiba.

KAPITLU 29

Jistaʼ dak li jkun jagħmel xogħlijiet tajbin fis-Sabat?

Il-Lhud għala jippersegwitaw lil Ġesù talli fejjaq raġel li kien ilu marid 38 sena?

KAPITLU 30

Ir-relazzjoni taʼ Ġesù maʼ Missieru

Il-Lhud jaħsbu li Ġesù qed jagħmel lilu nnifsu daqs Alla, imma Ġesù jagħmilha ċara li Alla hu superjuri għalih.

KAPITLU 31

Jaqtgħu l-qamħ fis-Sabat

Ġesù għala jsejjaħ lilu nnifsu “s-Sid tas-Sabat”?

KAPITLU 32

Skont il-Liġi x’tistaʼ tagħmel fis-Sabat?

Is-Sadduċej u l-Fariżej, li s-soltu ma jaqblu fuq xejn, huma tal-istess fehma rigward Ġesù.

KAPITLU 33

Iwettaq il-profezija taʼ Isaija

Ġesù għala jgħid lil dawk li jfejjaq biex ma jgħidux lil oħrajn min hu jew x’għamel?

KAPITLU 34

Ġesù jagħżel 12-il appostlu

X’differenza hemm bejn appostlu u dixxiplu?

KAPITLU 35

Il-prietka famuża taʼ fuq il-muntanja

Tistaʼ taqra spjegazzjoni tal-punti prinċipali mill-prietka taʼ Ġesù.

KAPITLU 36

Ċenturjun juri fidi kbira

Dan il-fizzjal tal-armata x’jagħmel li jġiegħel lil Ġesù jistagħġeb?

KAPITLU 37

Ġesù jirxoxta lil iben armla

Dawk li raw dan il-miraklu fehmu s-sinifikat veru tiegħu.

KAPITLU 38

Ġwanni jrid jismaʼ mingħand Ġesù

Ġwanni l-Battista għax jistaqsi jekk Ġesù huwiex il-Messija? Qed ikollu d-dubji Ġwanni?

KAPITLU 39

Gwaj għal ġenerazzjoni li ma tridx tagħti widen

Ġesù jgħid li f’Jum il-Ġudizzju, ikun aħjar għall-art taʼ Sodoma milli għal Kafarnahum, il-belt fejn kien qed jgħix.

KAPITLU 40

Lezzjoni dwar il-maħfra

Billi jgħid lil mara li forsi kienet prostituta li dnubietha kienu nħafrulha, kien Ġesù qed jgħid li ma jimpurtax jekk tikser il-liġi t’Alla?

KAPITLU 41

Il-mirakli—Bil-qawwa taʼ min?

Ħut Ġesù jemmnu li tilef moħħu.

KAPITLU 42

Ġesù jċanfar lill-Fariżej

X’inhu ‘s-sinjal tal-profeta Ġona’?

KAPITLU 43

Tixbihat dwar is-Saltna

Ġesù jirrakkonta tmien tixbihat biex jispjega aspetti tas-Saltna tas-smewwiet.

KAPITLU 44

Ġesù jsikket tempesta fuq il-baħar

Meta Ġesù kkalma r-riħ u l-mewġ, hu għallem lezzjoni importanti ħafna dwar kif se tkun il-ħajja taħt ir-renju tiegħu tas-Saltna.

KAPITLU 45

Qawwa fuq ħafna demonji

Jistaʼ individwu jkun maħkum minn iktar minn demonju wieħed?

KAPITLU 46

Tfiq billi tmiss il-libsa taʼ Ġesù

Ġesù juri l-qawwa u l-mogħdrija f’din il-ġrajja li tmisslek qalbek.

KAPITLU 47

Tifla terġaʼ tgħix!

In-nies jidħqu b’Ġesù meta jgħid li tifla mejta hi biss rieqda. Hu x’jaf li huma ma jafux?

KAPITLU 48

Jagħmel il-mirakli, iżda jiġi miċħud saħansitra f’Nazaret

In-nies taʼ Nazaret jiċħdu lil Ġesù, mhux minħabba t-tagħlim jew il-mirakli tiegħu, imma għal raġuni oħra.

KAPITLU 49

Jipprietka fil-Galilija u jħarreġ lill-appostli

Xi tfisser verament l-istqarrija ‘qorbot is-saltna tas-smewwiet’?

KAPITLU 50

Imħejjijin biex jippritkaw minkejja l-persekuzzjoni

Ġesù għala jgħid lid-dixxipli biex jaħarbu meta jiġu persegwitati jekk m’għandhomx jibżgħu mill-mewt?

KAPITLU 51

Qtil waqt ċelebrazzjoni t’għeluq is-snin

Iż-żfin taʼ Salomè tant isaħħar lil Erodi li jaħlef li se jagħtiha kulma titolbu. X’inhi t-talba tal-waħx tagħha?

KAPITLU 52

Jitmaʼ lil eluf bi ftit ħobż u ħut

Il-miraklu taʼ Ġesù tant hu sinifikanti li jinsab fl-erbaʼ Evanġelji.

KAPITLU 53

Mexxej li jistaʼ jikkontrolla l-elementi

X’lezzjonijiet jitgħallmu l-appostli meta Ġesù jimxi fuq l-ilma u jikkalma r-riħ?

KAPITLU 54

Ġesù—“Il-ħobż tal-ħajja”

Ġesù għala jċanfar lin-nies avolja għamlu sforz kbir biex imorru għandu?

KAPITLU 55

Il-kliem taʼ Ġesù jaħsad lil ħafna

Ġesù jgħallem xi ħaġa li tant taħsad lid-dixxipli tiegħu li ħafna minnhom jabbandunawh.

KAPITLU 56

X’inhu dak li verament iniġġes lil persuna?

Huwa dak li jidħol f’fommu, jew dak li joħroġ minnu li jniġġsu?

KAPITLU 57

Ġesù jfejjaq lil tifla u lil raġel trux

Waħda mara għala ma tiħux għaliha meta Ġesù jqabbel lin-nies taʼ ġensha mal-ġriewi?

KAPITLU 58

Ikattar il-ħobż u jwissi dwar il-ħmira

Id-dixxipli taʼ Ġesù sa fl-aħħar jifhmu dwar liema ħmira qed jitkellem.

KAPITLU 59

Min hu Bin il-bniedem?

X’inhuma l-imfietaħ tas-Saltna? Min jużahom, u kif?

KAPITLU 60

It-trasfigurazzjoni—Ħarsa lejn Kristu fil-glorja

X’kienet it-trasfigurazzjoni? X’kienet tfisser?

KAPITLU 61

Ġesù jfejjaq lil tifel maħkum minn demonju

Ġesù jgħid li kien minħabba nuqqas taʼ fidi li tifel ma ġiex imfejjaq, imma min kellu dan in-nuqqas taʼ fidi? It-tifel, missieru, jew id-dixxipli taʼ Ġesù?

KAPITLU 62

Lezzjoni importanti dwar l-umiltà

Irġiel adulti jitgħallmu xi ħaġa importanti minn tifel żgħir.

KAPITLU 63

Ġesù jagħti pariri dwar it-tfixkil u d-dnub

Hu jiddeskrivi proċess li fih tliet passi dwar kif għandhom jiġu trattati kwistjonijiet serji bejn l-aħwa.

KAPITLU 64

Il-bżonn li naħfru

Billi juża t-tixbiha tal-ilsir li ma jurix ħniena, Ġesù juri kemm Alla jqis bis-serjetà l-fatt li nkunu lesti li naħfru lil oħrajn.

KAPITLU 65

Jgħallem waqt vjaġġ lejn Ġerusalemm

Fi tliet konversazzjonijiet qosra, Ġesù jidentifika attitudnijiet li jistgħu jwaqqfu lil individwu milli jsegwih.