Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 IS-6 TAQSIMA

L-aħħar ministeru taʼ Ġesù

“Is-​Sultan tiegħek ġej għandek.”—Mattew 21:5

L-aħħar ministeru taʼ Ġesù

F'DIN IT-TAQSIMA

KAPITLU 101

Ikla fid-dar taʼ Xmun f’Betanja

Marija, oħt Lazzru, tagħmel xi ħaġa li biha tqajjem kontroversja, imma Ġesù jiddefendiha.

KAPITLU 102

Is-Sultan jidħol Ġerusalemm fuq felu

Hu jwettaq profezija li tlissnet ħames mitt sena qabel.

KAPITLU 103

It-tempju jerġaʼ jitnaddaf

In-negozjanti f’Ġerusalemm jidhru li qed jagħmlu kollox kif suppost, allura Ġesù għala jsejħilhom ħallelin?

KAPITLU 104

Il-Lhud jisimgħu l-leħen t’Alla—Se juru li għandhom fidi?

Hemm differenza bejn li tpoġġi l-fidi f’Ġesù u bejn li taġixxi fi qbil maʼ din il-fidi?

KAPITLU 105

Juża siġra tat-tin biex jgħallem lezzjoni dwar il-fidi

Ġesù jgħallem lid-dixxipli tiegħu dwar il-qawwa tal-fidi u jispjega r-raġuni għala Alla qed jiċħad lill-ġens t’Iżrael.

KAPITLU 106

Żewġ tixbihat dwar l-għelieqi tad-dwieli

Sir af xi jfissru l-parabboli tar-raġel li talab lil uliedu jaħdmu fl-għalqa tad-dwieli tiegħu u tar-raġel li l-għalqa tad-dwieli tiegħu qabbilha lil xi bdiewa mill-agħar.

KAPITLU 107

Sultan jibgħat għal dawk mistidnin għal festa tat-tieġ

Il-parabbola taʼ Ġesù hi fil-fatt profezija.

KAPITLU 108

Ġesù ma jħallihomx idaħħluh f’nassa

Hu l-ewwel isikket lill-Fariżej, imbagħad lis-Sadduċej, u fl-aħħar liż-żewġ gruppi taʼ opponenti li ngħaqdu flimkien.

KAPITLU 109

Jikkundanna lill-opponenti reliġjużi

Ġesù għala ma jittollerax id-differenzi reliġjużi?

KAPITLU 110

L-aħħar ġurnata taʼ Ġesù fit-tempju

Juża l-eżempju taʼ armla fqira biex jgħallem lezzjoni importanti ferm.

KAPITLU 111

L-appostli jistaqsu għal sinjal

Il-profezija tiegħu kellha l-ewwel twettiq fl-ewwel seklu. Jistaʼ jkun li għandha twettiq akbar fil-futur?

KAPITLU 112

Il-verġni jgħallmuna lezzjoni dwar il-bżonn li nibqgħu għassa

Għallem Ġesù li nofs id-dixxipli tiegħu huma boloh u n-nofs l-ieħor huma għaqlin?

KAPITLU 113

Lezzjoni dwar id-diliġenza—It-talenti

Il-parabbola taʼ Ġesù tispjega l-istqarrija tiegħu: “Kulmin għandu, jingħatalu iktar.”

KAPITLU 114

Kristu bħala Sultan jiġġudika n-nagħaġ u l-mogħoż

Ġesù juża parabbola interessanti biex jispjega fuq xiex wieħed se jiġi ġudikat.

KAPITLU 115

Toqrob l-aħħar ikla tal-Qbiż taʼ Ġesù

Għala huwa interessanti li l-mexxejja reliġjużi jaqblu li jħallsu lil Ġuda 30 biċċa tal-fidda biex jittradixxi lil Ġesù?

KAPITLU 116

Jgħallem l-umiltà fl-aħħar ikla tal-Qbiż

L-appostli ma jkunux qed jistennewh jagħmel xogħol li s-soltu jagħmlu lsir.

KAPITLU 117

L-Ikla taʼ Filgħaxija tal-Mulej

Ġesù jistabbilixxi tifkira li s-segwaċi tiegħu għandhom jiċċelebrawha kull sena fl-14 taʼ Nisan.

KAPITLU 118

Argument dwar min hu l-akbar

L-appostli diġà nsew il-lezzjoni li għallimhom Ġesù ftit qabel.

KAPITLU 119

Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja

Ġesù jgħallem verità importanti dwar kif għandna navviċinaw lil Alla.

KAPITLU 120

Jagħtu l-frott bħala friegħi u jkunu ħbieb taʼ Ġesù

Id-dixxipli taʼ Ġesù b’liema mod ‘jagħtu l-frott’?

KAPITLU 121

“Agħmlu kuraġġ! Jien irbaħt lid-dinja”

Kif jistaʼ jkun li Ġesù rebaħ lid-dinja jekk id-dinja qatlitu?

KAPITLU 122

Ġesù jikkonkludi b’talba fil-kamra taʼ fuq

Hu jagħmilha ċara li wettaq xi ħaġa ħafna iktar importanti mis-salvazzjoni tal-bnedmin.

KAPITLU 123

Jitlob waqt li hu mnikket ferm

Ġesù għala jitlob: “Warrab minni dan il-kies”? Qiegħed hu jipprova jaħrab mill-irwol tiegħu biex imut bħala fidwa?

KAPITLU 124

Kristu jiġi tradut u arrestat

Ġuda jirnexxilu jsib lil Ġesù avolja hu billejl.

KAPITLU 125

Ġesù jittieħed għand Anna, imbagħad għand Kajfa

Il-ġuri taʼ Ġesù xejn mhu ġust.

KAPITLU 126

Miċħud fid-dar taʼ Kajfa

Pietru, raġel taʼ fidi u devozzjoni, kif setaʼ jagħti dahru lil Ġesù daqshekk malajr?

KAPITLU 127

Mgħoddi ġuri mis-Sinedriju, imbagħad jittieħed għand Pilatu

Il-mexxejja reliġjużi Lhud jikxfu l-intenzjonijiet ħżiena tagħhom.

KAPITLU 128

Kemm Pilatu kif ukoll Erodi jsibuh innoċenti

Pilatu għala jibgħat lil Ġesù għand Erodi għal ġudizzju? M’għandux Pilatu l-awtorità biex jiġġudika lil Ġesù?

KAPITLU 129

Pilatu jgħid: “Ara! Ir-raġel!”

Anki Pilatu jirrikonoxxi l-kwalitajiet mill-aqwa li juri Ġesù.

KAPITLU 130

Ġesù jingħata f’idejn is-suldati biex joqtluh

Ġesù għala jgħid lin-nisa li qed jibku biex jibku għalihom infushom u għal uliedhom minflok għalih?

KAPITLU 131

Sultan innoċenti jbati fuq iz-zokk

Ġesù jagħmel wegħda maʼ wieħed mill-kriminali li jinqatel miegħu li teffettwa lil ħafna.

KAPITLU 132

“Żgur li dan ir-raġel kien Bin Alla”

Id-dalma mirakoluża matul il-ġurnata, it-terremot, u t-tiċrit tal-purtiera tat-tempju kollha jwasslu għall-istess konklużjoni.

KAPITLU 133

Il-ġisem taʼ Ġesù jiġi mħejji u midfun

Għala hemm din l-għaġla kollha biex Ġesù jiġi midfun qabel inżul ix-xemx?

KAPITLU 134

Qabar vojt—Ġesù hu ħaj!

Wara li jiġi rxoxtat, Ġesù l-ewwel jidher lil dixxiplu mara minflok lill-appostli tiegħu.

KAPITLU 135

Ġesù rxoxtat jidher lil ħafna

Ġesù kif juri lid-dixxipli tiegħu li ġie rxoxtat?

KAPITLU 136

Fuq xatt il-Baħar tal-Galilija

Pietru jiġi mfakkar tliet darbiet kif jistaʼ juri mħabbtu lejn Ġesù.

KAPITLU 137

Mijiet jarawh qabel Pentekoste

Bejn l-irxoxt tiegħu u t-tlugħ tiegħu s-sema, Ġesù kemm⁠-⁠il darba jenfasizza lid-dixxipli tiegħu x’kienu se jingħataw u kif għandhom jużawh.

KAPITLU 138

Kristu fuq il-leminija t’Alla

Ġesù x’kien se jagħmel waqt li jistenna ż-żmien biex jieħu azzjoni kontra l-għedewwa tiegħu?

KAPITLU 139

Ġesù jġib ġenna tal-art u jwettaq l-inkarigu tiegħu

Għad fadallu ħafna x’jagħmel qabel ma jagħti s-Saltna lill-Alla tiegħu u Missieru.