Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

X’inhi s-Saltna t’Alla?

X’inhi s-Saltna t’Alla?

Taħseb li hi . . .

  • xi ħaġa f’qalbna?

  • gvern fis-sema?

  • xi ħaġa oħra?

 DAK LI TGĦID IL-BIBBJA

“L-Alla tas-sema jwaqqaf saltna li qatt ma tinqered.”—Danjel 2:44, Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida ta’ l-Iskrittura Mqaddsa.

“Is-saltna tad-dinja saret is-saltna tal-Mulej tagħna u tal-Kristu tiegħu.”—Rivelazzjoni 11:15.

X’JISTA’ JFISSER DAN GĦALIK?

  • Ifisser gvern ġust li jista’ jkun ta’ ġid għalik personalment.—Isaija 48:17, 18.

  • Fid-dinja l-ġdida li ġejja, ifisser ħajja b’saħħa perfetta u ferħ.—Rivelazzjoni 21:3, 4.

 NISTGĦU VERAMENT NEMMNU DAK LI TGĦID IL-BIBBJA?

Iva, għal minn tal-inqas żewġ raġunijiet:

  • Ġesù wera x’se twettaq is-Saltna t’Alla. Ġesù għallem lis-segwaċi tiegħu biex jitolbu għas-Saltna t’Alla ħalli tiġi u biex isseħħ ir-rieda t’Alla fuq l-art. (Mattew 6:9, 10) Ġesù ta prova kif din it-talba se tiġi mwieġba.

    Waqt li kien fuq l-art, Ġesù tema’ lil dawk bil-ġuħ, fejjaq lill-morda, u ta l-ħajja lill-mejtin! (Mattew 15:29-38; Ġwanni 11:38-44) Bħala l-Ħakkiem futur tas-Saltna t’Alla, Ġesù tana stampa bil-quddiem ta’ x’se tagħmel is-Saltna liċ-ċittadini tagħha.—Rivelazzjoni 11:15.

  • Il-kundizzjonijiet tad-dinja jikkonfermaw li s-Saltna t’Alla daqt se tiġi. Ġesù bassar li eżatt qabel ma s-Saltna ġġib paċi fuq l-art, fid-dinja tagħna se jkun hemm ħafna gwerer, ġuħ, u terremoti.—Mattew 24:3, 7.

    Aħna qed naraw dawn il-kundizzjonijiet b’għajnejna stess! Allura nistgħu nkunu ċerti li s-Saltna t’Alla daqt se ġġib tmiem għall-problemi kollha.

 AĦSEB DWAR DAN

Kif se tkun il-ħajja taħt il-ħakma tas-Saltna t’Alla?

Il-Bibbja twieġeb din il-mistoqsija f’​SALM 37:29 u ISAIJA 65:​21-​23.