Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

X’inhu s-sigriet għall-familja ferħana?

X’inhu s-sigriet għall-familja ferħana?

Taħseb li hu . . .

  • l-​imħabba?

  • l-​flus?

  • xi ħaġa oħra?

 X’TGĦID IL-​BIBBJA?

“Henjin dawk li jisimgħu l-​kelma t’Alla u jħarsuha!”—Luqa 11:28, Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida.

X’JISTAʼ JFISSER DAN GĦALIK?

Issib l-​imħabba vera.—Efesin 5:28, 29.

Tgawdi rispett ġenwin.—Efesin 5:33.

Ikollok sigurtà vera.—Marku 10:6-​9.

 NISTGĦU VERAMENT NEMMNU DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA?

Iva, minn tal-​inqas għal żewġ raġunijiet:

  • Alla hu l-​Ħallieq tal-​familja. Il-​Bibbja tgħid li kull familja “taf isimha” lil Alla Ġeħova. (Efesin 3:14, 15) Fi kliem ieħor, l-​arranġament tal-​familja jeżisti għax ħalqu Ġeħova. Dan għala hu importanti?

    Ikkunsidra: Jekk qed tieħu pjaċir tiekol ikla tajba u tixtieq tkun taf x’inhuma l-​ingredjenti, lil min se tistaqsi? Ovvjament, lil min ikun ippreparaha.

    Bl-​istess mod, biex insiru nafu l-​ingredjenti għal familja ferħana, nagħmlu tajjeb jekk induru lejn Ġeħova, il-​Ħallieq tal-​arranġament tal-​familja.—Ġenesi 2:18-​24.

  • Alla jimpurtah minnek. Il-​familji jkunu għaqlin jekk ifittxu l-​pariri taʼ Ġeħova, li hu jipprovdi permezz tal-​Kelma tiegħu. Għala? ‘Għax hu jimpurtah minnek.’ (1 Pietru 5:6, 7) Ġeħova jixtieqlek il-​ġid—u l-​pariri tiegħu dejjem huma tajbin!—Proverbji 3:5, 6; Isaija 48:17, 18.

 AĦSEB DWAR DAN

Kif tistaʼ tkun raġel miżżewweġ, mara miżżewġa, jew ġenitur tajjeb?

Il-​Bibbja twieġeb din il-​mistoqsija f’​EFESIN 5:1, 2 u KOLOSSIN 3:18-​21.