Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 It-2 Taqsima

Kunu leali lejn xulxin

Kunu leali lejn xulxin

“Dak li Alla għaqqad flimkien ħa ma jifirdu ebda bniedem.”—Marku 10:9

Ġeħova jirrikjedi li aħna ngħożżu l-lealtà. (Salm 18:25) Dan hu speċjalment importanti fiż-żwieġ tiegħek għax fejn m’hemmx lealtà, m’hemmx fiduċja. U l-fiduċja hi essenzjali biex l-imħabba tikber.

Illum, il-lealtà fiż-żwieġ tinsab fil-periklu. Biex tipproteġi ż-żwieġ tiegħek, trid tkun determinat li tagħmel żewġ affarijiet.

 1 AGĦTI PRIJORITÀ LIŻ-ŻWIEĠ TIEGĦEK

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA: ‘Aċċerta ruħek minn dak li hu iktar importanti.’ (Filippin 1:10) Iż-żwieġ tiegħek hu wieħed mill-iktar affarijiet importanti f’ħajtek. Dan jixraqlu li jingħata prijorità.

Ġeħova jridek tiffoka fuq il-persuna l-oħra fiż-żwieġ u ‘tgawdu l-ħajja’ flimkien. (Ekkleżjasti 9:9) Hu jagħmilha ċara li qatt m’għandkom tittraskuraw lil xulxin, imma minflok it-tnejn li intom għandkom tfittxu modi kif tferrħu lil xulxin. (1 Korintin 10:24) Agħmel lis-sieħeb jew lis-sieħba tiegħek tħossha bżonjuża u apprezzata.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL:

  • Agħmel ċert li tqattgħu ħin flimkien regolarment, billi tagħtu lil xulxin l-attenzjoni sħiħa tagħkom

  • Taħsibx fik imma fikom it-tnejn

 2 ĦARES LIL QALBEK

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA: “Kulmin jibqaʼ jħares lejn mara biex jixtieqha jkun diġà għamel adulterju magħha f’qalbu.” (Mattew 5:28) Jekk xi ħadd jibqaʼ jaħseb dwar affarijiet immorali, sa ċertu punt, ma jkunx leali lejn iż-żwieġ tiegħu.

Ġeħova jgħid li għandek bżonn ‘tħares lil qalbek.’ (Proverbji 4:23; Ġeremija 17:9) Biex tagħmel hekk, trid toqgħod b’sebaʼ għajnejn għal dak li tara. (Mattew 5:29, 30) Segwi l-eżempju tal-patrijarka Ġob, li għamel patt m’għajnejh biex qatt ma jħares b’xenqa lejn mara oħra. (Ġob 31:1) Kun determinat li qatt ma tara l-pornografija. U kun deċiż li ma jkollok ebda relazzjoni romantika maʼ persuna li mhijiex il-mara jew ir-raġel tiegħek.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL:

  • Ħalli lil oħrajn jaraw ċar li int leali għalkollox lejn il-mara jew ir-raġel tiegħek

  • Ikkunsidra s-sentimenti tal-persuna l-oħra fiż-żwieġ, u temm minnufih kwalunkwe relazzjoni li ġġegħelha tħossha skomda