Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Introduzzjoni

Introduzzjoni

Għażiż Qarrej:

Tħossok qrib Alla? Għal ħafna nies, din hija xi ħaġa impossibbli għall-aħħar. Xi wħud jibżgħu li hu ’l bogħod wisq minn kulħadd; oħrajn tant ma jħossuhomx denji li lanqas biss joħolmuha ħaġa bħal din. Madankollu, il-Bibbja tħeġġiġna bl-imħabba: “Ersqu lejn Alla, u hu jersaq lejkom.” (Ġakbu 4:8) Hu saħansitra jiżgura lill-aduraturi tiegħu: “Jiena l-Mulej, Alla tiegħek, nwieżnek minn idek il-leminija, u ngħidlek: ‘La tibżax, jiena l-għajnuna tiegħek.’”—Isaija 41:13.

Kif nistgħu nirsistu biex ikollna relazzjoni daqshekk intima m’Alla? F’kull ħbiberija li nifformaw, ir-rabta tkun ibbażata fuq l-għarfien li jkollna dwar il-persuna l-oħra, u l-ammirazzjoni u l-apprezzament tagħna lejn il-karatteristiċi uniċi tagħha. Għaldaqstant, il-kwalitajiet t’Alla u l-mod kif jaġixxi, bħalma jintwerew fil-Bibbja, huma affarijiet essenzjali li għandna nistudjawhom sew. Billi nimmeditaw fuq kif Jehovah juri kull waħda mill-kwalitajiet tiegħu, naraw kif Ġesù Kristu rriflettiehom b’mod perfett, u nifhmu kif aħna wkoll nistgħu nikkultivawhom, se nersqu eqreb lejn Alla. Se naraw kif Jehovah għandu d-dritt u hu l-wieħed ideali biex ikun is-Sovran taʼ l-univers. Iktar minn hekk, hu l-Missier li lkoll kemm aħna neħtieġu. Peress li hu qawwi, ġust, għaref, u mimli mħabba, qatt ma jabbanduna lill-ulied leali tiegħu.

Jalla dan il-ktieb jgħinek tersaq eqreb lejn Alla Jehovah, u tifforma rabta miegħu li ma tispiċċa qatt, sabiex int tkun tistaʼ tgħix biex tfaħħru għal dejjem.

Il-Pubblikaturi