Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Konklużjoni

Konklużjoni

Ġieli toqgħod taħseb dwar iż-żmien sabiħ li kellek fost in-nies taʼ Ġeħova, forsi xi laqgħa tal-kongregazzjoni inkuraġġanti, konvenzjoni eċċitanti, esperjenza mill-isbaħ fil-ministeru, jew sempliċi konversazzjoni pjaċevoli maʼ sieħeb fit-twemmin? Int ma nsejtx lil Ġeħova u lanqas hu ma nesa lilek. Hu jiftakar b’għożża s-servizz leali tiegħek. U hu ħerqan biex jgħinek terġaʼ lura għandu.

“Jien stess,” jgħid Ġeħova, “se nfittex lin-nagħaġ tiegħi, u nieħu ħsiebhom. Bħalma dak li jitmaʼ l-merħla tiegħu jieħu ħsiebha dakinhar li jsib ruħu qalb in-nagħaġ tiegħu li jkunu tferrxu band’oħra, bl-istess mod nieħu ħsieb in-nagħaġ tiegħi; u neħlishom mill-postijiet kollha li jkunu xterdu fihom.”—Eżekjel 34:11, 12.