Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

APPENDIĊI

Kif il-Profezija ta’ Danjel Tbassar il-Wasla tal-Messija

Kif il-Profezija ta’ Danjel Tbassar il-Wasla tal-Messija

IL-PROFETA Danjel għex iktar minn 500 sena qabel it-twelid ta’ Ġesù. Minkejja dan, Ġeħova rrivela informazzjoni lil Danjel li kienet se tagħmilha possibbli biex il-Kristjani jindunaw eżatt liema kien iż-żmien li fih Ġesù kellu jiġi midluk, jew maħtur, bħala l-Messija, jew Kristu. Lil Danjel intqallu: “Għandek tkun taf u jkollok id-dehen li mill-ħruġ tal-kelma biex Ġerusalemm tiġi restawrata u mibnija mill-ġdid sal-Messija l-Mexxej, se jkun hemm seba’ ġimgħat, ukoll tnejn u sittin ġimgħa.”—Danjel 9:25, NW.

Biex niddeterminaw iż-żmien tal-wasla tal-Messija, l-ewwel jeħtieġ insiru nafu minfejn jibda l-perijodu li jwassal għall-Messija. Skond il-profezija, dan hu “mill-ħruġ tal-kelma biex Ġerusalemm tiġi restawrata u mibnija mill-ġdid.” Dan il-“ħruġ tal-kelma” meta seħħ? Skond il-kittieb tal-Bibbja Neħemija, il-kelma biex jerġgħu jinbnew is-swar madwar Ġerusalemm ħarġet fis-“sena għoxrin tas-saltna ta’ Artasersi.” (Neħemija 2:1, 5-8) Il-kittieba ta’ l-istorja jikkonfermaw li s-sena 474 Q.E.K. kienet l-ewwel sena sħiħa ta’ Artasersi bħala ħakkiem. Għalhekk, is-sena 20 tal-ħakma tiegħu kienet is-sena 455 Q.E.K. Issa nafu minfejn nibdew ngħoddu fil-profezija ta’ Danjel dwar il-Messija, jiġifieri, is-sena 455 Q.E.K.

Danjel jindika kemm kien se jkun twil il-perijodu ta’ żmien li jiħodna sal-wasla tal-“Messija l-Mexxej.” Il-profezija ssemmi “seba’ ġimgħat, ukoll tnejn u sittin ġimgħa”—total ta’ 69 ġimgħa. Kemm hu twil dan il-perijodu ta’ żmien? Diversi traduzzjonijiet tal-Bibbja jinnotaw li dawn m’humiex ġimgħat ta’ sebat ijiem, imma ġimgħat ta’ snin. Jiġifieri, kull ġimgħa tirrappreżenta seba’ snin. Dan il-konċett ta’ ġimgħat ta’ snin, jew taqsim ta’ seba’ snin, kien familjari għal-Lhud ta’ żmien il-qedem. Per eżempju, huma kienu josservaw is-sena tas-Sabat kull seba’ snin. (Eżodu 23:10, 11) Għalhekk, id-69 ġimgħa profetika kienu jammontaw għal 69 taqsima ta’ 7 snin kull waħda, jew total ta’ 483 sena.

Issa kulma rridu nagħmlu hu li ngħoddu. Jekk ngħoddu 483 sena mis-sena 455 Q.E.K. naslu għas-sena 29 E.K. Din kienet eżatt is-sena meta Ġesù tgħammed u sar il-Messija!* (Luqa 3:1, 2, 21, 22) M’huwiex dan twettiq ta’ l-għaġeb tal-profezija Biblika?


*  Mis-sena 455 Q.E.K. sas-sena 1 Q.E.K. hemm 454 sena. Mis-sena 1 Q.E.K. sas-sena 1 E.K. hemm sena (ma kien hemm ebda sena żero). U mis-sena 1 E.K. sas-sena 29 E.K. hemm 28 sena. Billi ngħoddu dawn it-tliet numri naslu għat-total ta’ 483 sena. Ġesù ‘nqatel’ fis-sena 33 E.K., matul il-ġimgħa ta’ snin li kienet is-70 waħda. (Danjel 9:2426) Ara Oqgħod Attent għall-Profezija ta’ Danjel! kapitlu 11, u l-Insight on the Scriptures, it-2 Volum, paġni 899-901. It-tnejn huma pubblikati mix-Xhieda ta’ Ġeħova.

“SEBGĦIN ĠIMGĦA”
490 sena
7 ġimgħat
(49 sena)
62 ġimgħa
(434 sena)

←Q.E.K. | E.K.→

ġimgħa
(7 snin)
455

“Il-kelma biex jerġgħu…jibnu lil Ġerusalemm”

Ir-rovini ta’ Ġerusalemm
406

Ġerusalemm mibnija mill-ġdid

Ġerusalemm mibnija mill-ġdid
29

Jasal il-Messija

Ġesù qed jitgħammed
33

Il-Messija “jinqatel”

Ġesù qed imut
36

Jintemmu s-“sebgħin ġimgħa”

Suldat Ruman

← Ara r-referenza tal-kapitlu