Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Hu Dan l-Iskop t’Alla?

Hu Dan l-Iskop t’Alla?

AQRA liema gazzetta trid. Ara t-televixin, jew isma’ r-radju. Ħlief aħbarijiet dwar id-delitti, il-gwerer, u t-terroriżmu ma ssibx! Aħseb ftit dwar l-inkwiet tiegħek stess. Forsi tħossok imnikket ħafna minħabba xi marda jew il-mewt ta’ xi ħadd għażiż għalik. Forsi qed tħossok bħalma ħassu r-raġel twajjeb Ġob, li qal li kien “mgħargħar fin-niket.”—Ġob 10:15.

Staqsi lilek innifsek:

  • Hu dan l-iskop t’Alla għalija u għall-bqija tal-bnedmin?
  • Fejn nista’ nsib għajnuna biex inkampa mal-problemi tiegħi?
  • Hemm xi tama li qatt naraw il-paċi fuq l-art?

Il-Bibbja tipprovdi tweġibiet sodisfaċenti għal dawn il-mistoqsijiet.

IL-BIBBJA TGĦALLEM LI ALLA SE JĠIB DAWN IL-BIDLIET FUQ L-ART.

Raġel imdaħħal fiż-żmien li reġa’ sar żgħir

“Jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom, u ma jkunx hemm iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ.”—Rivelazzjoni 21:4


Tifla magħtuba li tista’ terġa’ tiġri

“Iz-zopp [se] jaqbeż bħal għażżiela.”—Isaija 35:6


Raġel għama jerġa’ jikseb id-dawl

“Jinfetħu għajnejn l-għomja.”—Isaija 35:5


Mara tifraħ għax tara lil xi ħadd maħbub iqum mill-mewt

“Dawk kollha li qegħdin fl-oqbra tat-tifkira…joħorġu.”—Ġwanni 5:28, 29


Tifel marid jerġa’ jikseb saħħtu

“Ħadd minn min jgħammar hemm ma jgħid: ‘Jien marid.’”—Isaija 33:24


Għelieqi ta’ qamħ

“Ikun kotran il-qamħ fuq l-art.”—Salm 72:16


IBBENEFIKA MINN DAK LI TGĦALLEM IL-BIBBJA

Żewġt irġiel jistudjaw il-Bibbja

Taqbadx u tgħid li dak li ssemma hu biss ħolma li ma tistax isseħħ. Alla wiegħed li se jwettaq dawn il-wegħdi, u l-Bibbja tispjega kif se jagħmel dan.

Però l-Bibbja twiegħed iktar minn hekk. Tipprovdi s-soluzzjoni biex int tgawdi ħajja sodisfaċenti saħansitra minn issa. Aħseb ftit dwar l-ansjetajiet u l-inkwiet li għandek int stess. Dawn jistgħu jinkludu problemi ta’ flus, problemi fil-familja, mard, jew il-mewt ta’ xi ħadd għażiż għalik. Il-Bibbja tista’ tgħinek tkampa mal-problemi ta’ llum, u tista’ ttaffilek id-dwejjaq billi twieġeb mistoqsijiet bħal dawn:

  • Għala nsofru?
  • Kif nistgħu nkampaw ma’ l-ansjetajiet tal-ħajja?
  • Kif jista’ jkollna ħajja tal-familja iktar ferħana?
  • X’jiġrilna meta mmutu?
  • Qatt se nerġgħu narawhom lill-għeżież tagħna li mietu?
  • Kif nistgħu nkunu żguri li Alla se jwettaq il-wegħdi tiegħu għall-futur?

Il-fatt li qed taqra dan il-ktieb juri li int tixtieq tkun taf x’tgħallem il-Bibbja. Dan il-ktieb se jgħinek. Innota li hemm il-mistoqsijiet ibbażati fuq il-paragrafi fin-naħa t’isfel tal-paġna. Miljuni ta’ nies ħadu gost jużaw il-metodu ta’ studju permezz ta’ mistoqsija u tweġiba meta ddiskutew il-Bibbja max-Xhieda ta’ Ġeħova. Nittamaw li int ukoll. Jalla jkollok il-barka t’Alla hekk kif tgawdi l-esperjenza kommoventi u sodisfaċenti ta’ li ssir taf x’tgħallem verament il-Bibbja!

SIR AF IL-BIBBJA TIEGĦEK

Bibbja

IL-BIBBJA hi magħmula minn 66 ktieb li ftit minnhom huma ittri. Dawn huma maqsumin f’kapitli u versi li jagħmluha faċli biex tirreferi għalihom. Meta f’din il-pubblikazzjoni tara xi skrittura, l-ewwel numru wara l-isem jindika l-kapitlu tal-ktieb jew ta’ l-ittra fil-Bibbja, u n-numru li jiġi wara jirreferi għall-vers. Per eżempju, jekk tara t-“2 Timotju 3:16” tkun it-tieni ittra lil Timotju, kapitlu 3, vers 16.

Jekk tfittex l-iskritturi li hawn f’dan il-ktieb int malajr se ssir familjari mal-Bibbja. U xi ngħidu jekk tagħmel skeda biex tibda taqra l-Bibbja kuljum? Jekk taqra minn tlieta sa ħames kapitli kuljum jirnexxilek taqra l-Bibbja kollha f’sena.