Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

APPENDIĊI

L-1914—Sena Sinifikanti fil-Profeziji tal-Bibbja

L-1914—Sena Sinifikanti fil-Profeziji tal-Bibbja

GĦAL kważi erbgħin sena, studenti tal-Bibbja xandru li fl-1914 kien se jkun hemm żviluppi sinifikanti. Dawn x’kienu, u liema evidenza tipponta lejn l-1914 bħala sena daqshekk importanti?

Bħalma hemm imniżżel f’Luqa 21:24, Ġesù qal: “Ġerusalemm tintrifes mill-ġnus sakemm jitwettqu ż-żminijiet stabbiliti tal-ġnus [“żmien il-Ġentili,” ].” Ġerusalemm kienet il-belt kapitali tal-ġens Lhudi—il-post ta’ ħakma tal-linja tas-slaten minn żmien is-Sultan David. (Salm 48:2, 3 [48:1, 2, NW]) Madankollu, dawn is-slaten kienu uniċi fost il-ħakkiema tal-ġnus. Huma qagħdu fuq “it-tron tal-Mulej” bħala rappreżentanti t’Alla nnifsu. (1 Kronaki 29:23) B’hekk, Ġerusalemm kienet simbolu tal-ħakma ta’ Ġeħova.

Iżda, il-ħakma t’Alla, kif u meta bdiet “tintrifes mill-ġnus”? Dan seħħ fis-sena 607 Q.E.K. meta Ġerusalemm ġiet mirbuħa mill-Babiloniżi. Ħadd ma tħalla fuq “it-tron tal-Mulej,” u l-linja ta’ slaten li tnisslu minn David ġiet imfixkla. (2 Slaten 25:1-26) Kien dan l-‘irfis’ se jkompli għal dejjem? Le, għax il-profezija t’Eżekjel qalet rigward Sedekija, l-aħħar sultan ta’ Ġerusalemm: “Neħħi t-turbant, aqla’ l-kuruna!…Hekk tibqa’ sakemm jasal min għandu dritt fuqha, u nagħtihielu.” (Eżekjel 21:31, 32 [21:26, 27, NW]) Il-wieħed li għandu d-“dritt” fuq il-kuruna ta’ David hu Kristu Ġesù. (Luqa 1:32, 33) Għalhekk, l-‘irfis’ kien se jintemm meta Ġesù jsir Sultan.

Din il-ġrajja sinifikanti meta kellha sseħħ? Ġesù wera li l-Ġentili kienu se jaħkmu għal perijodu ta’ żmien stabbilit. Ir-rakkont f’Danjel kapitlu 4 jipprovdilna ħjiel biex inkunu nafu kemm kellu jdum dan il-perijodu. Dan jitkellem dwar ħolma profetika li kellu s-Sultan Nabukodonosor ta’ Babilonja. Hu ra siġra enormi li ġiet imqaċċta. Il-biċċa zokk li kien fadal mis-siġra ma setax jikber minħabba li kellu ċirku tal-ħadid u l-bronż imdawwar miegħu. Anġlu ddikjara: “Jgħaddu minn għalih seba’ żminijiet!”—Danjel 4:7-13 [4:10-16, NW].

Fil-Bibbja, is-siġar xi drabi jintużaw biex jirrappreżentaw ħakma. (Eżekjel 17:22-24; 31:2-5) Għalhekk, it-tqaċċit tas-siġra simbolika jirrappreżenta kif il-ħakma t’Alla, bis-slaten ta’ Ġerusalemm bħala r-rappreżentanti Tiegħu, kienet se tiġi mwaqqfa. Però, il-viżjoni pproklamat li l-‘irfis ta’ Ġerusalemm’ kellu jkun temporanju—perijodu ta’ “seba’ żminijiet.” Dan il-perijodu kemm hu twil?

Rivelazzjoni 12:614 jindika li tliet żminijiet u nofs huma “elf, mitejn u sittin jum.” “Seba’ żminijiet” għalhekk jiġu d-doppju, jew 2,520 jum. Imma l-ġnus ġentili ma waqfux ‘jirfsu’ fuq il-ħakma t’Alla malli għaddew l-2,520 jum wara l-waqgħa ta’ Ġerusalemm. Mela, jidher ċar li din il-profezija tkopri perijodu ta’ żmien ħafna itwal. Fuq il-bażi ta’ Numri 14:34 u Eżekjel 4:6, li jitkellmu dwar “jum għal kull sena,” is-“seba’ żminijiet” kienu perijodu ta’ 2,520 sena.

L-2,520 sena bdew f’Ottubru tas-sena 607 Q.E.K., meta Ġerusalemm waqgħet f’idejn il-Babiloniżi u s-sultan mil-linja ta’ David tniżżel minn fuq it-tron. Il-perijodu spiċċa f’Ottubru ta’ l-1914. Dakinhar spiċċaw “iż-żminijiet stabbiliti tal-ġnus”, u Ġesù Kristu beda jaħkem bħala s-Sultan t’Alla fis-smewwiet.*Salm 2:1-6; Danjel 7:13, 14.

Eżatt bħalma bassar Ġesù, il-“preżenza” tiegħu bħala Sultan tas-sema ġiet immarkata minn żviluppi drammatiċi fid-dinja—gwerer, ġuħ, terremoti, pestilenza. (Mattew 24:3-8; Luqa 21:11) Dawn l-iżviluppi huma evidenza qawwija tal-fatt li s-sena 1914 tabilħaqq immarkat it-twelid tas-Saltna t’Alla fis-smewwiet u l-bidu ta’ l-“aħħar jiem” ta’ din id-dinja preżenti mill-agħar.—2 Timotju 3:1-5.


*  Minn Ottubru tas-sena 607 Q.E.K. sa Ottubru tas-sena 1 Q.E.K. hemm 606 snin. Ladarba m’hemmx sena żero, minn Ottubru tas-sena 1 Q.E.K. sa Ottubru ta’ l-1914 E.K. hemm 1,914-il sena. Meta nżidu 606 snin ma’ 1,914-il sena, nispiċċaw b’2,520 sena. Għal iktar informazzjoni dwar il-waqgħa ta’ Ġerusalemm fis-sena 607 Q.E.K., ara l-artiklu “Chronology” (Kronoloġija) fl-Insight on the Scriptures, pubblikat mix-Xhieda ta’ Ġeħova.

“SEBA’ ŻMINIJIET”
2,520 sena
606 snin u tliet xhur
Ottubru tas-sena 607 Q.E.K.
sal-31 ta’ Diċembru tas-
sena 1 Q.E.K.
1,913 snin u disa’ xhur
1 ta’ Jannar tas-sena 1 E.K sa
Ottubru ta’ l-1914
607

“Ġerusalemm tintrifes mill-ġnus”

Ġerusalemm qed tinqered
←Q.E.K. E.K.→ 1914

“Jasal min għandu dritt fuqha”

Ġesù Kristu bħala Sultan

← Ara r-referenza tal-kapitlu