Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Storja 2: Ġnien mill-Isbaħ

Storja 2: Ġnien mill-Isbaħ

ĦARES lejn l-art hawnhekk! Kemm fiha kollox sabiħ! Ħares lejn il-ħaxix u s-siġar, il-fjuri u l-annimali kollha li hemm. Qed tarahom l-iljunfanti u l-iljuni?

Annimali fil-ġnien tal-Għeden

Min għamel dan il-ġnien mill-isbaħ? Alla. Ejja naraw kif Alla lesta l-art għalina.

L-ewwel, Alla kesa l-art bil-ħaxix aħdar. U hu għamel minn kull tip ta’ pjanti u siġar żgħar u kbar. Dawn l-affarijiet li jikbru jgħinu biex l-art tidher sabiħa. Imma mhux hekk biss. Ħafna minnhom jagħtuna wkoll l-ikel li għandu togħma tajba ħafna.

Iktar tard Alla għamel il-ħut biex jgħum fl-ilma u l-għasafar biex itiru fis-sema. Hu għamel il-klieb u l-qtates u ż-żwiemel; annimali kbar u żgħar. Liema annimali tara fejn toqgħod int? Taħseb li għandna nkunu ferħanin li Alla għamel dawn l-affarijiet kollha għalina?

Fl-aħħar nett, Alla għamel parti waħda mid-dinja post speċjali ħafna. Hu semma dan il-post il-ġnien tal-Għeden. Veru kien perfett. Kulma kien fih kien mill-isbaħ. U Alla ried li l-art kollha ssir eżatt bħal dan il-ġnien sabiħ li kien għamel.

Imma erġa’ ħares lejn din l-istampa tal-ġnien. Taf x’ra Alla li kien hemm nieqes? Ejja naraw.

Ġenesi 1:11-25; 2:8, 9.



Mistoqsijiet

  • Alla kif ipprepara l-art biex tkun dar għalina?
  • Iddeskrivi l-varjetà kbira t’annimali li għamel Alla. (Ara l-istampa.)
  • Il-ġnien tal-Għeden għala kien speċjali?
  • Alla x’riedha ssir l-art kollha?

Iktar mistoqsijiet