Minn fejn ġew is-sema u l-art? Ix-xemx, il-qamar u l-istilel, kif ukoll il-ħafna affarijiet fuq l-art, kif bdew jeżistu? Il-Bibbja tagħti t-tweġiba vera meta tgħid li saru minn Alla. Għalhekk, il-ktieb tagħna jibda bi stejjer mill-Bibbja dwar il-ħolqien.

Nitgħallmu li l-ewwel affarijiet li ħalaq Alla kienu persuni spirti li xi ftit jew wisq kienu jixbhuh. Dawn kienu l-anġli. Imma l-art saret għal nies bħalna. Għalhekk, Alla għamel lir-raġel u l-mara, li jisimhom Adam u Eva, u poġġiehom fi ġnien mill-isbaħ. Imma huma m’obdewx lil Alla u tilfu d-dritt li jibqgħu ħajjin.

B’kollox, minn meta nħalaq Adam sad-Dilluvju l-kbir għaddew 1,656 sena. Matul dan iż-żmien kienu jgħixu ħafna nies ħżiena. Fis-sema, kien hemm persuni spirti li ma jidhrux, Satana u l-anġli ħżiena tiegħu. Fuq l-art, kien hemm Kajjin u ħafna persuni ħżiena oħrajn, inkluż xi rġiel li kellhom saħħa mhix normali. Imma kien hawn ukoll nies tajbin fuq l-art—Abel, Enok, u Noè. FL-EWWEL Parti se naqraw dwar dawn in-nies u l-ġrajjiet kollha.

Annimali fil-ġnien tal-Għeden